L-edukazzjoni u l-iżvilupp

Il-kunsill malti għall-arti għandu l-funzjoni importanti li jqiegħed is-sisien illi fuqhom l-operaturi kulturali u kreattivi jistgħu jiffunzjonaw u jirnexxu. l-edukazzjoni tinsab fil-qalba ta’ dan il-proċess għax trawwem u ssostni l-kontribut importanti tal-arti fl-iżvilupp olistiku tal-istudenti u tal-komunità skolastika inġenerali. intwera li l-esponiment tal-istudenti għall-kreattività – anke fit-tagħlim ta’ suġġetti ewlenin oħra – jippromwovi ħiliet trasversali bħall-ħsieb kritiku, il-kollaborazzjoni, il-komunikazzjoni u s-soluzzjoni ta’ problemi tad-dinja reali.

Minbarra li ser nappoġġaw l-istituzzjonijiet edukattivi formali biħsiebna nesploraw ukoll inizjattivi maħsuba biex jappoġġaw edukazzjoni informali u tul il-ħajja kollha mit-tfulija bikrija sal-età adulta. L-għan tagħna f’dar-rigward huwa li nrawmu edukazzjoni artistika ta’ kwalità u apprezzament usa’ tal-arti u tal-punti fejn din tiltaqa’ ma’ oqsma differenti ta’ għarfien u prattika.

Il-viżjoni tagħna għat-tkabbir tas-setturi tinvolvi wkoll forom oħra ta’ żvilupp li jinsabu barra mill-isfera diretta tal-edukazzjoni. Aħna impenjati li nappoġġaw l-iżvilupp kontinwu ta’ artisti u prattikanti li jaħdmu f’ambjenti varji, sew tradizzjonali sew popolari, u ta’ dawk li joperaw fis-setturi pubbliċi, privati, volontarji jew akkademiċi. Dan l-appoġġ ser jaddotta approċċ transsettorjali u olistiku filwaqt li jqis ix-xejriet tal-lum u tal-ġejjieni kif identifikati mill-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Pjan ta’ Ħidma għall-Kultura 2019-2022, primarjament it-tranżizzjoni diġitali, il-globalizzazzjoni, it-tkabbir kontinwu fid-diversità tas-soċjetà u l-bidliet li qegħdin jiżvolġu fl-ambjenti professjonali.

Biħsiebna nirrakkomandaw lill-partijiet interessati ewlenin fl-edukazzjoni biex iqisu l-kreattività, il-kultura u l-arti bħala mogħdijiet lejn karrieri vijabbli fi ħdan l-ekonomija tal-għarfien kontemporanja. Bl-appoġġ li jingħata lis-sħubiji bejn il-PCOs u l-istituzzjonijiet edukattivi, se niffaċilitaw l-appoġġ vokazzjonali fl-iżvilupp tal-karrieri u nindirizzaw l-aspirazzjonijiet kreattivi tal-istudenti u l-edukaturi. Kif jingħad fil-Politika Kulturali Nazzjonali 2021:

“Minħabba t-tendenzi u l-bidliet fid-definizzjonijiet tal-karrieri, il-pedagoġiji kreattivi – l-istruzzjoni għall-kreattività u t-tagħlim kreattiv illi jsostnu l-edukazzjoni artistika – kulma jmur qegħdin isiru sett ta’ ħiliet meħtieġa għall-istudenti kollha peress li fil-ġejjieni aktar u aktar impjiegi ser jinvolvu l-applikazzjoni kreattiva, il-ħiliet fil[1]komunikazzjoni diġitali u l-intraprenditorija kreattiva.”10

10 Dawn huma parti tabilħaqq integrali mill-firxa tal-ħiliet tas-seklu 21 illi l-istudenti jeħtieġu jiksbu bħala studenti attivi

More on
Education & Development

Our 2020 Education Actions
Our 2020 Education Objectives
Our 2020 Training Actions
Kreattiv
Culture Pass

Funded Projects

External links of interest

  • Malta Arts ScholarshipsMalta Arts Scholarships
Skip to content