Dan huwa partikularment pertinenti meta niddiskutu r-riċerka fil-kuntest tal-ippjanar strateġiku tal-KMA. L-għan tar[1]riċerka bħala qasam strateġiku huwa li trawwem kultura interna ta’ aċċess miftuħ, kritika u analiżi li tippermettilna nieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-operazzjonijiet, is-sħubiji u l-iżvilupp ġejjiena tagħna fl-oqsma kollha tal-ħidma tagħna. L-għarfien żviluppat permezz tal-programm ta’ riċerka tal-KMA għandu l-għan li jrawwem fehim iktar sħiħ tar[1]rwol kruċjali li għandhom l-arti u l-kultura fl-iżvilupp soċjoekonomiku futur ta’ Malta. Il-ħidma tagħna tfittex li tidentifika u tagħti importanza lil tendenzi jew xejriet eżistenti ta’ mġiba u attività fis-setturi kulturali u kreattivi kif ukoll il-kisba ta’ għarfien aktar kumpless rigward l-istatus tal-artisti u tal-prattikanti kreattivi.
Ir-riċerka, tittratta liema kwistjoni tittratta – fosthom dawk relatati mal-parteċipazzjoni tal-udjenza, l-attività kreattiva, l-edukazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni jew inkella l-produzzjoni ekonomika – tippermettilna niżviluppaw fehim aktar rikk u b’aktar sfumaturi dwar kif qiegħed jiżviluppa s-settur u dwar l-isfidi li jaffrontaw l-artisti u l-prattikanti kreattivi fil-prattika tagħhom. Dan kollu huwa siewi ħafna, b’mod speċjali meta jitqies fil-kuntest usa’ taż-żmien ladarba korp ta’ data aktar estensiv u lonġitudinali kapaċi jiżvela kambjamenti u żviluppi aktar sinifikanti.
Dan imbagħad jippermettilna nippożizzjonaw lilna nfusna fuq quddiem nett tas-setturi bħala entità proattiva, viżjonarja u empatika li qiegħda tmexxi bidla pożittiva u tidderieġi lis-setturi f’territorji ġodda.
Dan imbagħad jippermettilna nippożizzjonaw lilna nfusna fuq quddiem nett tas-setturi bħala entità proattiva, viżjonarja u empatika li qiegħda tmexxi bidla pożittiva u tidderieġi lis-setturi f’territorji ġodda. L-iżvilupp ta’ korp ta’ għarfien aktar robust, rappreżentattiv u profond jippermettilna mhux biss li nappoġġaw lis-settur fil-preżent iżda wkoll li nbassru u nqiegħdu s-sisien għall-iżviluppi tal-ġejjieni. Dan il-korp ta’ għarfien tagħna bbażat fuq l-evidenza se jkun infurmat minn bosta sorsi, inklużi d-dokumenti ta’ politika rilevanti, ir-riċerka akkademika lokali u internazzjonali, ir-riċerka oriġinali u d-data primarja tal-KMA
ir-rapporti statistiċi rilevanti u l-konverżazzjonijiet kontinwi tagħna ma’ partijiet interessati u korpi rappreżentattivi. Dan it-tip ta’ għarfien jippermetti li l-KMA u s-setturi kulturali u kreattivi jifhmu l-investiment uman, soċjali u ekonomiku meħtieġ f’oqsma ta’ prattika emerġenti.
Ir-riċerka hija kruċjali wkoll biex nistabbilixxu sħubiji ġodda u nesploraw triqat ġodda ta’ indaġni. Ġaladarba l-prattika kreattiva u l-impenn artistiku kulma jmur qegħdin isiru dejjem aktar interdixxiplinari – kemm fil-modi ta’ prattika kif ukoll fit-temi tagħhom – issa għalina sar vitali li noħolqu u nżommu relazzjonijiet b’saħħithom ma’ individwi, entitajiet u organizzazzjonijiet illi joperaw tul firxa ta’ oqsma nonartistiċi differenti. Ir-riċerka tista’ tappoġġa dan billi tnebbaħ oqsma ġodda ta’ esplorazzjoni, tidentifika oqsma ta’ kollaborazzjoni u interess reċiproku u tgħaqqad oqsma li qabel ma kinux relatati permezz tat-trasferiment tal-għarfien.