L-Iskema ta’ Finanzjament għar-Restawr timmira biex tipprovdi appoġġ finanzjarju għat-tiswija, i.e. ir-restawr u l-konservazzjoni ta’ proprjetà immobbli kulturali interna u esterna inkluż, iżda mhux limitata għal, altari, aperturi, dekor artistiku, induratura u tpinġija jew dekorazzjoni fuq uċuħ arkitettoniċi ta’ knejjes li huma fi ħdan il-konfini ta’ knisja parrokkjali li taqa’ taħt l-Arċidjoċesi ta’ Malta u d-Djoċesi ta’ Għawdex.
Il-proprjetà kulturali immobbli għandha bżonn taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ wirt kulturali u trid tkun eżistiet għal 50 sena jew iktar skont l-Att dwar il-Wirt Kulturali ta’ Malta.