Il-proprjetà kulturali immobbli għandha bżonn taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ wirt kulturali u trid tkun eżistiet għal 50 sena jew iktar skont l-Att dwar il-Wirt Kulturali ta’ Malta.
Invalid deadline format: January 28, 2025 12:00 pm
Il-proprjetà kulturali immobbli għandha bżonn taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ wirt kulturali u trid tkun eżistiet għal 50 sena jew iktar skont l-Att dwar il-Wirt Kulturali ta’ Malta.
L-applikant għandu jkun ir-rappreżentant legali tal-organizzazzjoni. Jekk jogħġbok kun ċert li tipprovdi n-numru tal-Organizzazzjoni Volontarja tal-organizzazzjoni tiegħek, u li tidentifika l-persuna/il-grupp ta’ persuni li jmexxu l-proġett, kif applikabbli.
L-Organizzazzjoni Volontarja għandha tkun ibbażata f’Malta jew f’Għawdex u topera fil-gżejjer Maltin. L-applikanti għandhom jikkwalifikaw bħala waħda minn dawn li ġejjin:
• Organizzazzjonijiet kulturali, f’lokalitajiet madwar Malta u Għawdex, irreġistrati bħala Organizzazzjonijiet Volontarji – inkluż, iżda mhux limitati għal klabbs, assoċjazzjonijiet u fondazzjonijiet tal-banda.
• Organizzazzjonijiet Volontarji reġistrati li jippromwovu u jippreservaw il-wirt kulturali kemm tanġibbli jew intanġibbli) f’lokaliità jew reġjun f’Malta jew f’Għawdex