Skadenza tal-Applikazzjonijiet: 16 ta’ Ġunju 2026
Klassifika – Fergħa 1
Benefiċjarju: Alexia Pizzuto
Numru ta’ referenza: TDS108-26-9283
Titlu tal-Proġett: Enhancing Malta’s Aerial Arts Sector through International Exchange
Ammont mogħti: €1,703
Parteċipazzjoni fil-Programm Intensiv ta’ Erba’ Ġimgħat Aerial Edge – kors internazzjonali ta’ taħriġ professjonali fl-arti akrobatiċi u l-prattika taċ-ċirku kontemporanju. Il-programm ser jappoġġa l-iżvilupp professjonali kontinwu tiegħi permezz ta’ taħriġ tekniku speċjalizzat, esplorazzjoni artistika, mentoraġġ u opportunitajiet ta’ netwerking internazzjonali li lkoll ser jikkontribwixxu għall-iżvilupp tiegħi bħala artista tal-ajru u għall-kontribut futur tiegħi għas-settur tal-arti performattiva lokali.
Benefiċjarju: Brandon Terribile
Numru ta’ referenza: TDS104-26-9259
Titlu tal-Proġett: Żvilupp Professjonali fil-Kummerċjalizzazzjoni u fid-Distribuzzjoni Internazzjonali tal-Films
Ammont mogħti: €1,850
Dan il-proġett jikkonsisti fil-parteċipazzjoni ta’ Brandon Terribile fl-EAVE Marketing Workshop 2026 fil-Lussemburgu – programm ta’ taħriġ professjonali rikonoxxut internazzjonalment għal professjonisti awdjoviżivi. Dan il-workshop jiffoka fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-films, l-iżvilupp tal-udjenzi, id-distribuzzjoni internazzjonali, strateġiji ta’ komunikazzjoni diġitali u għodod emerġenti mmexxija mill-AI fi ħdan l-industrija awdjoviżiva Ewropea. Permezz ta’ dan il-programm Terribile għandu l-għan li jsaħħaħ il-ħiliet professjonali tiegħu fil-pożizzjonament strateġiku u fil-promozzjoni ta’ proġetti awdjoviżivi filwaqt li jespandi n-netwerk internazzjonali tiegħu fl-industrija. It-taħriġ ser jikkontribwixxi għall-iżvilupp professjonali kontinwu tiegħu fis-settur tal-films u tal-midja u jappoġġa l-viżibbiltà internazzjonali futura tax-xogħol tiegħu. Il-parteċipazzjoni fil-workshop ser tħeġġeġ ukoll interazzjoni aktar b’saħħitha mal-prattiki tal-industrija Ewropea u opportunitajiet ta’ kollaborazzjoni rilevanti għas-setturi kreattivi u awdjoviżivi ta’ Malta.
Benefiċjarju: Claudia Santamaria Soriano
Numru ta’ referenza: TDS111-26-9304
Titlu tal-Proġett: Royal Ballet School – Londra
Ammont mogħti: €2,000
Claudia Santamaría hija żeffiena tal-ballet li qiegħda titħarreġ full-time fin-NachoDuatoAcademy f’Madrid bħala parti mill-programm elite tagħha. Fi żmien sena saret żeffiena prinċipali – sewsew fl-età ta’ 16-il sena – fil-kumpanija ta’ Duato li bħalissa qiegħda ttella’ wirjiet fi Spanja u internazzjonalment. Din is-sena reġgħet ingħatat post fir-Royal Ballet School London – tragward illi jirrifletti d-dedikazzjoni u l-eċċellenza tagħha. Dan il-programm intensiv tas-sajf li Santamaría ser tattendi tul tliet ġimgħat intensivi joffri kowċing ta’ klassi dinjija mill-istaff full-time tal-iskola u minn għalliema internazzjonali rinomati. Minbarra t-teknika tal-ballet klassiku, dan jinkludi jinkludi wkoll Pointe, Repertoire, Contemporary, Pas de deux u Jazz. Għaldaqstant dan programm ser jipprovdi edukazzjoni komprensiva fiż-żfin. Dan it-taħriġ rigoruż ser jirfina aktar l-artistrija, it-teknika u l-ħiliet tal-prestazzjoni tagħha filwaqt illi jippreparaha għal karriera professjonali ma’ kumpaniji ewlenin fd-dinja. Permezz ta’ dan il-proġett ser ikun possibbli għaliha wkoll li taċċessa din l-esperjenza ta’ taħriġ trasformattiva u tkompli tirrappreżenta lil Malta fuq il-palk globali.
Benefiċjarju: Marianna Micallef
Numru ta’ referenza: TDS116-26-9364
Titlu tal-Proġett: Industry Integration Programme: Advanced Training and Asset Creation
Ammont mogħti: €2,000
Din l-inizjattiva intensiva ta’ żvilupp professjonali tfasslet strateġikament biex tnaqqas id-distakk bejn il-gradwazzjoni fl-arti performattiva u l-impjieg sostenibbli fl-industrija permezz ta’ tqassim ugwali ta’ taħriġ ta’ livell għoli u ħolqien ta’ assi strateġiċi. Billi jkopri erba’ pilastri distinti – ir-Reċtar fuq l-Iskrin, il-Prestazzjoni Vokali, il-Kundizzjonament Tekniku taż-Żfin u l-Elite Headshots – dan il-programm jibbilanċja b’mod metikoluż il-ksib ta’ ħiliet avvanzati mal-kummerċjalizzazzjoni viżiva professjonali. Taħt il-mentoraġġ dirett ta’ professjonisti attivi tal-industrija tar-Renju Unit, l-artista ser tingħata taħriġ rigoruż ħalli tikkontrolla l-eżekuzzjoni teknika, vokali u speċifika għall-kamera. Kruċjalment, dan it-taħriġ immersiv jilħaq il-qofol tiegħu fil-produzzjoni ta’ filmati professjonali ta’ kwalità għolja u ta’ assi ta’ kummerċjalizzazzjoni. Dan l-approċċ b’objettiv doppju jiżgura żvilupp profond għal din l-artista kreattiva filwaqt illi jiżgura showreels tal-ispettaklu tajbin għax-xandir, il-portafolli awdjoviżivi u l-midja promozzjonali meħtieġa biex tniedi karriera kompetittiva u awtosuffiċjenti.
Benefiċjarju: Paolo Micallef
Numru ta’ Referenza: TDS110-26-9302
Titlu tal-Proġett: Professional Development in Screen Acting, Voice-Over, and Combat Arts
Ammont mogħti: €1,986
Dan il-proġett jinvolvi programm intensiv u multidixxiplinari ta’ żvilupp professjonali f’Londra li jgħaqqad tliet korsijiet ta’ taħriġ speċjalizzat. L-applikant ser jattendi l-British National Stage Combat Workshop (BASSC) biex jikkwalifika għal tekniki speċjalizzati ta’ prestazzjoni fiżika kif ukoll formazzjoni speċifika fir-reċtar fuq l-Iskrin u l-ħiliet fil-voice-over fis-City Academy. Billi jgħaqqad id-dixxiplini tal-palk, tal-iskrin u tal-awdjo dan it-taħriġ komprensiv għandu l-għan illi jespandi b’mod sinifikanti s-sett ta’ ħiliet versatili u l-portafoll professjonali tal-applikant. Il-qofol tal-proġett jinkludi l-produzzjoni ta’ demo reel tal-vuċi professjonali li għandha ttejjeb direttament l-impjegabbiltà tal-artist u tiftaħlu wkoll opportunitajiet ġodda ta’ netwerking internazzjonali fis-setturi tal-arti performattiva u awdjoviżivi.
Benefiċjarju: Karl Cassar
Numru ta’ Referenza: TDS119-26-9402
Titlu tal-Proġett: Workshop for Assistant Director – Accademia alla Scala, Milan
Ammont mogħti: €1,650
Dan il-workshop offrut mill-Accademia Teatro alla Scala joffri introduzzjoni intensiva għar-rwol ta’ assistent direttur tal-palk fi produzzjonijiet teatrali u operistiċi. Iddisinjat għal dawk interessati fil-proċessi kreattivi u organizzattivi wara prestazzjonijiet diretti, dan il-programm jesplora r-responsabbiltajiet involuti fl-appoġġ ta’ produzzjoni mit-tħejjija sal-wirja. Matul 42 siegħa ta’ taħriġ il-parteċipanti jattendu lekċers, josservaw provi, jieħdu sehem fi żjarat iggwidati u jitgħallmu direttament minn professjonisti li jaħdmu fit-Teatro alla Scala. Suġġetti ewlenin jinkludu d-direzzjoni tal-palk, l-ippjanar tal-produzzjoni, ix-xenografija, il-ġestjoni tal-palk, studji tal-opra u l-kollaborazzjoni mad-diversi dipartimenti involuti fit-tħejjija ta’ prestazzjoni. B’enfażi partikulari fuq l-opra, il-workshop joffri għarfien siewi dwar il-prattiki tax-xogħol ta’ waħda mill-istituzzjonijiet ewlenin tal-opra fid-dinja filwaqt illi joffri wkoll espożizzjoni prattika għall-istandards professjonali tal-industrija.
Benefiċjarju: Dragana Rankovic
Numru ta’ Referenza: TDS101-26-9192
Titlu tal-Proġett: Multi-process manual photographic printing: argyrotype, platinum-palladium and DTP engraving & intaglio printing
Ammont mogħti: €2,000
Dragana Rankovic ser tattendi kors ta’ taħriġ professjonali ta’ ħamest ijiem f’Pariġi ma’ Laurent Lafolie u Laurent Millet illi ser jiffoka fuq proċessi ta’ stampar fotografiku magħmul bl-idejn: argyrotype, platinum-palladium, DTP photopolymer gravure u stampar intaglio. Dan il-kors ser jgħinha tiżviluppa ħiliet prattiċi fin-negattivi diġitali, fil-karti miksija bl-idejn, fl-esponiment UV, fl-ipproċessar kimiku, fil-finitura tal-istampar u fil-preżentazzjoni. Bħala fotografa u artista viżiva bbażata f’Malta Rankovic ser tuża dan it-taħriġ biex tespandi l-prattika tagħha lil hinn mill-istampar diġitali standard u biex tiżviluppa wkoll approċċ aktar materjali għall-ħolqien ta’ immaġnijiet fotografiċi. L-għarfien miksub għandu jappoġġa x-xogħol futur tagħha fl-użu tal-karta, tas-superfiċji, tal-kimika u tal-iskala bħala partijiet attivi tal-proċess fotografiku. Il-proġett ser joħloq ukoll opportunitajiet biex dan it-tagħlim jiġi kondiviż permezz ta’ taħditiet bejn l-artisti, skambji bejn il-pari u attivitajiet ta’ workshops futuri f’Malta.
Benefiċjarju: Leonard Chircop
Numru ta’ Referenza: TDS118-26-9393
Titlu tal-Proġett: PhMuseum: Masterclass Online dwar il-Ħsieb Kunċettwali (Fotografija)
Ammont mogħti: €1,350
Matul programm online speċjalizzat ta’ 8 xhur l-artist u fotografu Leo Chircop ser jiżviluppa aktar l-ewwel korp ta’ xogħlijiet tiegħu flimkien mal-fotografu, direttur u direttur artistiku Charlie Engman. Dan ser jgħin lill-artisti fotografiċi prattikanti u aspiranti jittrasformaw idea bikrin fit-twettiq ta’ proġett sħiħ. Magħżul minn 93 applikazzjoni wara li kiseb post wieħed mit-13 disponibbli, Chircop ser isegwi l-kors IDEA 2026/2027 – Online Masterclass on Conceptual Thinking. PhMuseum hi pjattaforma indipendenti kkurata li tikkondividi l-lingwa viżiva u l-kultura tagħha.
Benefiċjarju: Nathaniel Camilleri
Numru ta’ Referenza: TDS120-26-9422
Titlu tal-Proġett: Taħriġ fl-Arti taċ-Ċirku f’Montreal, il-Kanada – Żvilupp Professjonali ta’ Nathaniel Camilleri
Ammont mogħti: €2,000
Dan il-proġett jiffoka fuq l-iżvilupp tal-prattika taċ-ċirku kontemporanju ta’ Nathaniel Camilleri permezz ta’ perjodu ta’ taħriġ intensiv, mentoraġġ u espożizzjoni professjonali. Id-dixxiplini primarji ser ikunu l-arblu u ċ-ċineg Ċiniżi. Il-kors ser jespandi wkoll il-ħiliet tiegħu permezz tal-akrobazija, it-trapizju volanti u t-taħriġ introduttorju fil-buskola fejn possibbli. It-taħriġ ser isir flimkien mal-artist taċ-ċirku multidixxiplinari Matthias Camilleri u diversi professjonisti taċ-ċirku b’esperjenza. Minbarra l-klassijiet u l-workshops Matthias Camilleri ser joffri wkoll mentoraġġ individwali, sessjonijiet ta’ taħriġ in natura u gwida teknika kontinwa filwaqt illi jintroduċi lill-artist mal-membri tal-komunità internazzjonali taċ-ċirku. Matul il-proġett l-applikant mistenni jattendi wkoll wirjiet taċ-ċirku kontemporanju, iżur l-École Nationale de Cirque f’Montreal biex jitgħallem aktar dwar l-ambjent formattiv tagħha u jipprepara għall-possibbiltà li japplika bħala student internazzjonali fl-2027. Il-proġett għandu jsaħħaħ l-iżvilupp tekniku, artistiku u professjonali tal-artist filwaqt illi jappoġġa l-ambizzjonijiet fit-tul tiegħu fiċ-ċirku kontemporanju.
Benefiċjarju: Annette Lillethun
Numru ta’ Referenza: TDS102-26-9220
Titlu tal-Proġett: Tkomplija tal-Istudji
Ammont mogħti: €1,999
Dan il-kors joffri introduzzjoni komprensiva għall-vetrati milwiena biċ-ċomb permezz tad-disinn u tal-ħolqien ta’ panel ta’ vetrati milwiena mhux figurattivi jew twieqi speċifiċi għas-sit tagħhom. L-introduzzjoni tkopri tekniki tradizzjonali tal- vetrati milwiena u esplorazzjoni tar-riżervi għall-ħġieġ ċar. Tinkludi wkoll taħriġ dwar is-sabbjatura fit-tinqix il-ħġieġ, il-ħolqien ta’ finituri satinati u l-effetti tridimensjonali. Il-kors ser jingħata fil-kulleġġ prestiġjuż West Dean College of Arts f’Sussex minn Carole Grey – artista kontemporanja tal-vetrati milwiena. Bħala artista multidixxiplinari li tuża mezzi artistiċi biex tikkomunika kunċetti b’modi sovversivi, it-tagħlim tal-ħolqien artistiku tal-vetrati milwiena għandu jeleva u jespandi l-prattika artistika tagħha.
Benefiċjarju: Patrizia Madiona
Numru ta’ Referenza: TDS107-26-9278
Titlu tal-Proġett: Ceramica Forma – Taħriġ fit-Tafal u fl-Iskultura
Ammont mogħti: €1,493
Dan il-proġett huwa taħriġ intensiv ta’ 24 siegħa fit-tafal u fl-iskultura mogħti tul ġimgħa fir-raba’ kwart tal-2026 f’Cerámica Forma f’Barċellona. Il-kors joffri struttura flessibbli mmexxija mill-artist li tippermetti lil Madiona tiffoka direttament fuq il-bżonnijiet tal-prattika tiegħi. Ix-xogħol tagħha huwa bbażat fuq forom astratti influwenzati mill-anime iżda l-materjali attwali tagħha jillimitawlha kemm tista’ tikseb dettall, saffi u fond strutturali. Dan it-taħriġ ser jappoġġa l-mixja tagħha lejn proċessi bbażati fuq it-tafal billi jgħinha tesplora tekniki tal-immudellar bl-idejn u l-imġiba tal-materjal ħalli tespandi l-ħiliet tagħha fil-ħolqien ta’ arti skulturali 3D tal-ħajt. It-taħriġ jibni wkoll fuq ir-riċerka kontinwa tagħha ffinanzjata mill-IPF fl-iskannjar u l-istampar 3D u jintroduċi element fiżiku f’dan ix-xogħol. L-għan hawnhekk huwa li jiġi żviluppat proċess aktar integrat fejn il-forom u n-nisġa tat-tafal jistgħu jintużaw kemm f’metodi fiżiċi kif ukoll diġitali filwaqt illi jiżdiedu referenzi aktar ċari għall-karattri rappreżentati.
Benefiċjarju: Maria Laura Vella Clark
Numru ta’ Referenza: TDS109-26-9288
Titlu tal-Proġett: Kors tad-Diretturi
Ammont mogħti: €355
Dan il-programm intensiv ta’ jumejn huwa maħsub lejn produtturi tal-films illi jixtiequ jsaħħu l-ħiliet tagħhom fit-tmexxija ta’ produzzjonijiet kreattivi u fil-komunikazzjoni ta’ stejjer permezz ta’ immaġnijiet konvinċenti. Billi jgħaqqad flimkien eżerċizzji prattiċi ma’ gwida professjonali, dan il-workshop joffri lill-parteċipanti fehim aktar profond dwar kif jinterpretaw l-iskripts, isawru x-xeni b’mod viżiv, jaħdmu b’mod effettiv mal-atturi u jimmaniġġjaw l-eżiġenzi ta’ sett ta’ film. Matul il-kors il-parteċipanti ser jesploraw tekniki li jgħinuhom jidentifikaw mumenti drammatiċi ewlenin fi screenplay, jiddisinjaw approċċ viżiv, jikkordinaw il-moviment tal-kamera u tal-artisti, imexxu sessjonijiet ta’ casting u provi u jevalwaw materjal iffilmjat ħalli jtejbu l-għażliet kreattivi. It-taħriġ ser jitmexxa minn Martin Bonnici – artisit b’esperjenza li tkopri l-produzzjoni ta’ films, avvenimenti kulturali ewlenin u proġetti diġitali immersivi.
Klassifika – Fergħa 2
Benefiċjarju: Deva Sammut
Numru ta’ referenza: TDS202-26-9091
Titlu tal-Proġett: The Royal Ballet School – UK Summer Intensive
Ammont mogħti: €2,000
Il-proġett tiegħi huwa immersjoni ta’ 5 ijiem tul is-sajf fis-sistema ta’ taħriġ ta’ The Royal Ballet School. It-taħriġ jingħata mill-fakultà artistika ta’ The Royal Ballet School kif ukoll minn għalliema u persuni kreattivi mistiedna distinti. L-istudenti jingħataw l-opportunità li jinvolvu ruħhom f’repertorju divers u jidħlu f’kuntatt ma’ żeffiena bl-istess passjoni mid-dinja kollha. It-taħriġ jinkludi klassijiet tat-teknika tal-ballet, karattru, movimenti kontemporanji, kreattiv, pilates, repertorju, sengħa tal-palk, varjazzjonijiet u sessjonijiet tal-jazz. Dan jagħtini l-opportunità li niġi esposta għal stili ta’ żfin differenti biex insaħħaħ il-ħiliet tiegħi u nwessa’ l-għarfien tiegħi. Għandu jservi wkoll bħala appoġġ kontinwu għall-vjaġġ tiegħi fiż-żfin.
Benefiċjarju: Ana Keegan
Numru ta’ referenza: TDS210-26-9191
Titlu tal-Proġett: Intensive Ballet
Ammont mogħti: €2,000
Ana Keegan hi ballerina żagħżugħa b’passjoni għall-iżvilupp tal-ħiliet tagħha fil-ballet klassiku. Dan il-proġett ser jippermettilha tieħu sehem f’opportunità ta’ taħriġ speċifiku għall-ballet biex ittejjeb it-teknika, il-kunfidenza u l-iżvilupp artistiku tagħha. It-taħriġ ser jgħin lil Keegan tibni pedamenti aktar b’saħħithom fil-qagħda, fil-kordinazzjoni, fis-saħħa fiżika, fil-flessibbiltà, fil-mużikalità u fil-kwalità tal-prestazzjoni. Ser jagħtiha wkoll esponiment siewi għal ambjent formattiv aktar iffukat illi għandu jippermettilha tiżviluppa d-dixxiplina, il-kreattività u l-impenn tagħha fil-qasam taż-żfin. Permezz ta’ dan il-proġett l-artista ser tkun tista’ ssaħħaħ il-formazzjoni attwali tagħha fil-ballet u tkompli tavvanza f’qasam importanti għat-tkabbir personali u artistiku tagħha. Il-proġett tfassal biex jappoġġa l-iżvilupp tagħha bħala żeffiena żagħżugħa u jinkuraġġixxi l-parteċipazzjoni kontinwa tagħha fil-ballet.
Benefiċjarju: Paula Marie Agius
Numru ta’ referenza: TDS231-26-9420
Titlu tal-Proġett: International Ballet Masterclasses in Prague – Junior Course
Ammont mogħti: €2,000
L-International Ballet Masterclasses fi Praga Summer Intensive huwa programm ta’ taħriġ ta’ livell għoli għal żeffiena ta’ bejn it-13 u l-15-il sena. Joffri tagħlim espert fil-ballet klassiku, fir-repertorju, fiż-żfin kontemporanju, fix-xogħol fuq il-ponot u fil-kundizzjonament. Id-dħul isir permezz ta’ awdizzjoni u jiġi vvalutat minn Daria Klimentová – eks għalliema tar-Royal Ballet School u prima ballerina. Il-programm isir fi Praga u jgħaqqad flimkien żeffiena żgħażagħ mid-dinja kollha biex jitgħallmu minn għalliema internazzjonali b’esperjenza. L-istudenti jtejbu t-teknika, l-espressjoni artistika, il-ħiliet tal-prestazzjoni u l-kunfidenza tagħhom f’ambjent ta’ appoġġ. Fi tmiem il-kors il-parteċipanti jagħtu prestazzjonijiet f’wirja finali ħalli jippreżentaw dak jkunu tgħallmu. Il-programm jgħaqqad flimkien taħriġ eċċellenti fiż-żfin ma’ esperjenza kulturali u mal-opportunità li jinħolqu ħbiberiji internazzjonali u b’hekk ikun esperjenza siewja u memorabbli għaż-żeffiena żgħażagħ.
Benefiċjarju: Liza Axisa
Numru ta’ referenza: TDS217-26-9308
Titlu tal-Proġett: Parteċipazzjoni fl-Iskola Internazzjonali tas-Sajf tal-Pjanu ta’ Chetham 2026
Ammont mogħti: €2,000
L-applikanta ser tattendi l-Iskola Internazzjonali tas-Sajf tal-Pjanu ta’ Chetham 2026 fir-Renju Unit. Dan il-programm joffri taħriġ avvanzat fil-pjanu permezz ta’ lezzjonijiet individwali, masterclasses u opportunitajiet ta’ prestazzjoni ma’ għalliema internazzjonali. Din l-esperjenza għandha ssaħħilha il-ħiliet tekniċi tagħha, l-interpretazzjoni mużikali u l-kunfidenza fil-prestazzjoni. Il-parteċipazzjoni ser tesponiha wkoll għal netwerk internazzjonali ta’ mużiċisti u edukaturi żgħażagħ illi ser jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-iżvilupp artistiku tagħha.
Benefiċjarju: Valentina Maria Zahra
Numru ta’ Referenza: TDS221-26-9384
Titlu tal-Proġett: Horizon Tap Festival 2026 – Global Tap Dance
Ammont mogħti: €1,986
Horizon Tap Festival – Brno 2026 huwa festival internazzjonali taż-żfin stil tip-tap illi ser isir fi Brno, iċ-Ċekja bejn is-26 l–31 ta’ Ottubru 2026. Il-festival ilaqqa’ flimkien artisti professjonali, edukaturi, żeffiena emerġenti u udjenzi mill-Ewropa u lil hinn fi programm intensiv ta’ edukazzjoni, prestazzjoni u skambju artistiku. Il-festival jinkludi aktar minn għaxar artisti taż-żfin tip-tap ta’ fama internazzjonali u joffri workshops ta’ livell għoli, masterclasses, prestazzjonijiet, sessjonijiet ta’ improvizzazzjoni u prattiki ta’ moviment kumplementari li jappoġġaw l-iżvilupp artistiku olistiku u s-sostenibbiltà fit-tul għaż-żeffiena. Flimkien mal-fokus edukattiv tiegħu l-festival jenfasizza l-konnessjoni, il-mentoraġġ u l-iskambju kulturali internazzjonali permezz ta’ attivitajiet kollaborattivi u orjentati lejn il-komunità. Il-prestazzjonijiet pubbliċi u l-avvenimenti miftuħa għandhom l-għan li jwessgħu l-aċċess għaż-żfin tip-tap u jsaħħu l-viżibbiltà tiegħu fil-pajsaġġ kulturali Ewropew filwaqt illi jikkontribwixxu wkoll għal pjattaforma internazzjonali sostenibbli għall-edukazzjoni u għall-prestazzjoni ta’ dan il-ġeneru ta’ ż-żfin.
Skadenza tal-Applikazzjonijiet: 10 ta’ Marzu 2026
Klassifika – Fergħa 1
Beneficiary: Gulja Holland
Reference Number: TDS126-26-7711
Project Title: Strategic Curatorial Mentorship with Kathleen Soriano
Amount Rewarded: €2000
Project Summary Description: This project consists of a six-session strategic curatorial mentorship with internationally acclaimed curator Kathleen Soriano. The programme supports the professional development of artist Gulja Holland following her selection to represent the Malta Pavilion at the Malta Biennale 2026. The mentorship will focus on strengthening conceptual clarity, institutional positioning, international networking, and long-term career sustainability. Sessions will provide guidance on refining artistic discourse, expanding curatorial relationships in the UK and Europe, and enhancing professional visibility within international art platforms. Building on an established professional relationship initiated during Portrait Artist of the Year (2021) and subsequent collaborations, this programme supports excellence, professionalisation, and international engagement in line with Arts Council Malta’s strategic objectives.
Beneficiary: Leah Formosa
Reference Number: TDS114-26-7546
Project Title: West End Stage – Musical Theatre Course Abroad
Amount Rewarded: €2000
Project Summary Description: Leah Formosa’s project involves the participation in the West End Stage Summer School in London, an intensive musical theatre training programme led by experienced West End performers, directors, and choreographers. Through daily classes in acting, singing, and dance, alongside rehearsals and industry-led masterclasses, the programme provides advanced training in the core skills required within professional musical theatre practice. The training culminates in a final showcase performance on a West End stage at His Majesty’s Theatre, where participants present material rehearsed during the week in a professional theatre setting. Participation in this programme will strengthen Leah’s technical foundation in acting, singing, and dance while providing exposure to international training practices within the musical theatre industry. The experience will support her progression towards further professional training and enhance her contribution to Malta’s performing arts community.
Beneficiary: Chantelle Micallef-Grimaud
Reference Number: TDS159-26-8184
Project Title: Updating and refining skills
Amount Rewarded: €1536
Project Summary Description: Earlier last year I applied to be a part of Shakespeare’s Globe Studio in London as both an actor and director, which includes a screening process. Once accepted in both strands I now have access to the short courses and workshops provided by the Globe staff throughout the year. Through this fund I aim to attend a few acting workshops and a directing short course that would refine my skills as a director and actor in classical text. Further to refining my skills, through this fund I aim to achieve the necessary funds to update my song reel and headshots that are necessary tools in my profession which will strengthen my portfolio.
Beneficiary: Matthias Camilleri
Reference Number: TDS161-26-8213
Project Title: Advancing Contemporary Circus Practice through International Training and Artistic Exchange
Amount Rewarded: €2000
Project Summary Description: This project focuses on the continued development of my practice as a contemporary circus artist through an intensive period of training, mentorship, and professional engagement in Canada. My primary focus will be on refining my work in aerial straps, while also expanding my practice through the study of aerial pole as an additional circus discipline. Training will take place at various circus spaces in Montréal. I will work with experienced circus artists including William Bonnet, Victor Fomine, Jacinthe Tremblay, and Itzel Viruega. During this period I will also attend Montréal Complètement Cirque and the St. John’s International CircusFest, where I will assist Paige Allerton and contribute to workshops and panel discussions. The project will strengthen my artistic practice while expanding my professional network and supporting my work as a circus performer and educator in Malta and Gozo.
Beneficiary: Irene Nocella
Reference Number: TDS156-26-8169
Project Title: Participation in the B12 Summer 2026 Contemporary Dance Workshop, Germany
Amount Rewarded: €1431
Project Summary Description: This project supports my participation in the B12 Contemporary dance workshop, a high-level professional training that gathers leading European choreographers and dancers. This workshop will deepen my technical skills and my artistic development as a professional dancer and will directly contribute to the strengthening of international networks
Beneficiary: Michaela Agius
Reference Number: TDS142-26-8000
Project Title: Opera Nova Project – Summer Vocal Academy 2026
Amount Rewarded: €750
Project Summary Description: I am applying for Opera Nova’s Summer Vocal Academy 2026, an intensive professional training programme for emerging classical singers. The Academy will take place between 3rd and 11th August 2026 and consists of individual masterclasses in vocal technique, characterisation, and musical analysis, culminating in a public recital. Participants receive one-to-one training with internationally recognised artists Nelly Miricioiu, Professor Janis Kelly, and Professor James Pearson. The programme focuses on advanced operatic repertoire, technical refinement, stylistic development, and stage interpretation. This training will contribute significantly to my continued artistic development as an active classical soprano and will enhance the quality of my future performances within Malta’s cultural sector.
Beneficiary: Matias Cassar
Reference Number: TDS151-26-8126
Project Title: Classic Tailoring Techniques Short Course – UAL
Amount Rewarded: €2000
Project Summary Description: I will attend an intense Modern Tailoring course at the London College of Fashion, which focuses on a contemporary approach to classic tailoring. The curriculum teaches advanced garment construction, structuring, and fabric manipulation techniques such as pattern balance, toile creation, fit correction, and internal jacket construction. I will improve my garments shape, sewing, pressing, and intricate finishing abilities, such as collars, waistbands, and jet pockets, through lectures and hands on workshops. The training will improve my technical accuracy and problem solving skills, improving the workmanship, structure, and overall quality of my future collections while also promoting my career growth.
Beneficiary: Karl Camilleri
Reference Number: TDS162-26-8218
Project Title: Becoming. Architectures for a planet in transition
Amount Rewarded: €1925
Project Summary Description: Participation in the UIA World Congress of Architects 2026 in Barcelona, an international platform organised by the International Union of Architects that brings together architects, researchers and cultural practitioners from across the world. The project involves attending lectures, thematic sessions, workshops and exhibitions focusing on sustainability, adaptive reuse, cultural heritage and the social role of architecture. This opportunity will contribute to my professional development as an architect specialising in interior architecture, heritage spaces and exhibition design. Through participation in this congress I will gain exposure to current international discourse, innovative design strategies and global networks within the architectural profession. The knowledge and professional connections developed during the congress will support the development of future architectural and cultural projects in Malta, particularly those related to sustainable design and the interpretation and adaptive reuse of historic buildings.
Beneficiary: Karl Fiorini
Reference Number: TDS111-26-7530
Project Title: Photography Film & Darkroom Short Course
Amount Rewarded: €1400
Project Summary Description: This project is a professional development programme supporting the “Validation des Acquis de l’Expérience” (VAE: Accreditation of Prior Experiential Learning) leading to the French “Diplôme d’État de Professeur de Musique” (State Diploma for Music Teachers), delivered by the Institut d’Enseignement Supérieur de la Musique Europe et Méditerranée (IESM Institute of Higher Education in Music, Europe and the Mediterranean) of Aix-en-Provence. Running from May to September 2026, it provides 22 hours of structured accompaniment combining collective and individual training. The programme enables candidates to understand the national diploma framework, formalise their professional experience, structure their pedagogical approach, and prepare for the final jury interview. It strengthens teaching practice, reinforces knowledge of the professional environment, and enhances recognition within the field of music education. The project contributes directly to the sustainability and quality of professional music teaching by aligning experience, pedagogy and institutional standards.
Beneficiary: Ritianne Muscat
Reference Number: TDS111-26-7530
Project Title: Photography Film & Darkroom Short Course
Amount Rewarded: €2000
Project Summary Description: This project involves participation in a short training course focused on analogue photography and black-and-white darkroom practice. The training aims to strengthen technical skills in camera handling, film development, and traditional printing processes, while supporting the development of a more confident and critically informed photographic practice.
Beneficiary: Niels Plotard
Reference Number: TDS134-26-7896
Project Title: Spaes summer school 2026 Berlin
Amount Rewarded: €1980
Project Summary Description: Niels has been invited to participate in Summer School 2026: ‘Spatial Practices and Sonic World Making’, organised by Spæs, a Berlin-based research platform dedicated to spatial audio, immersive listening environments, and experimental sonic composition. The programme explores artistic, critical, and technical approaches to spatial sound through lectures, listening sessions, collaborative discussions, and hands-on workshops. Participants will get the opportunity to engage with different aesthetic and technical approaches to immersive sound, while experimenting with spatial audio tools and formats. The programme also features visits to key sites for sonic practice in Berlin, including Funkhaus Berlin, MSM Studios, and the Humboldt Forum Listening Room, giving participants the opportunity to experience diverse production environments and listening systems. Situated within Berlin’s dynamic spatial audio scene, the Summer School provides valuable and direct insight into the contemporary practices shaping immersive and multi-channel sound today.
Beneficiary: Karina Fiorini
Reference Number: TDS154-26-8149
Project Title: Wild Ways to Writing Mentoring Programme
Amount Rewarded: €587
Project Summary: Wild Ways to Writing is a one-to-one online co-creative mentoring programme delivered by Dr Helen Moore. The programme provides constructive and dedicated feedback to develop resilient connection with nature and the environment through poetry, via twelve assignments. Furthermore, it provides the necessary close attention at the development of poems, sharpens the process of writing through an immersive cyclical collaboration and responses through ecopoetry.
Klassifika – Fergħa 2
Beneficiary: Chloe Holland Attard
Reference Number: TDS219-26-7922
Project Title: Professional Training at European School of Ballet
Amount Rewarded: €1955
Project Summary Description: Chloe Holland Attard is a15-year-old ballet student currently training full-time at Tring Park School for the Vocational Arts and seeks to continue to improve her technical ability and artistry in ballet. She aims for a professional career in dance and she seeks training opportunities that offer a dynamic approach to classical ballet including contemporary dance skills which are required skills in today’s dancer. This blend of dance characteristics are central to the European School of Ballet’s summer intensive, and will continue to shape Chloe as a versatile dancer. Supported by Malta Arts Council, Chloe is committed to representing Malta on international stages, contributing to the country’s cultural landscape as a ballet dancer.
Beneficiary: Michela Caruana
Reference Number: TDS213-26-7859
Project Title: Specialised intensive training in musical theatre for elite performers in the heart of London
Amount Rewarded: €1098
Project Summary Description: This specialised Musical Theatre training course in central London is designed to transform elite musical theatre students into performers ready to excel for the professional stage. Acceptance is audition-led and assessment-based in singing, acting and dancing in order to determine readiness for professional-standard training and performance work. West End Kids offers unparalleled coaching in vocal technique, dance precision and character development. Expert instruction is led by Martin Williams together with a professional team of instructors. Martin Williams is known for providing top-tier training and performance opportunities. The performance-centric approach is heavily focused on live performance. Each student will take part in a full-scale revue, providing real-world experience in front of an audience. The industry-relevant experience leaves students with a deep understanding of what it takes to succeed. West End Kids training is focused on excellence, with a proven track record and history of success and commitment to nurturing top talent.
Beneficiary: Jael Azzopardi
Reference Number: TDS230-26-8139
Project Title: Steps on Broadway Academy Pre-Professional Summer Intensive
Amount Rewarded: €1719
Project Summary Description: This project involves my participation in the Steps on Broadway Academy Summer Intensive, a two-week international dance training programme held at Steps on Broadway Dance Academy in New York City from 27 July to 8 August. The programme offers advanced professional training with internationally recognised faculty, focusing on technical development, artistic expression, and performance skills in a highly intensive environment. I was awarded a $500 scholarship and direct entry to the programme by Jennifer Kreichman during the finals of the Global Dance Open, recognising my potential as a developing dancer. Participation in this intensive will allow me to further develop my technical abilities, broaden my artistic perspective, and gain valuable exposure to international training standards. The experience will contribute to my professional development and support my continued growth within the dance sector in Malta.
Beneficiary: Luke Muscat
Reference Number: TDS224-26-8028
Project Title: Piano Course at Chetham’s International Piano Summer School
Amount Rewarded: €2000
Project Summary Description: The Piano Performance Course at the Chetham’s International Piano Summer School 2026 in Manchester, England, one of the world’s most respected piano education institution, offers students the opportunity to refine advanced technique through daily individual tuition with world class performers and pedagogues while also broadening musicianship through a variety of other specialised classes, an experience that helps young pianists to build performance confidence, offer valuable interaction with inspiring peers, and clarify future educational pathways. Taking place in CIPSS’s 25th anniversary year, the course promises a particularly rich programme, with special celebratory events complementing its already distinguished faculty and curriculum. The end of course performance will mark the culmination of an intensive week that strengthens both the applicant’s technique and artistic development.
Beneficiary: Ria Gauci
Reference Number: TDS239-26-8209
Project Title: RDS SUMMER INTENSIVE 2026
Amount Rewarded: €2000
Project Summary Description: This project supports my daughter’s participation in the RDS Summer Dance Intensive, an international program designed to enhance the training and artistic development of young dancers. The intensive will provide daily classes in contemporary dance, jazz, and ballet technique, led by experienced international teachers and choreographers. Through this opportunity, she will strengthen her technical skills, improve her performance quality, and expand her artistic expression. Training in an international environment will also allow her to collaborate with dancers from different countries, exposing her to diverse styles, teaching methods, and creative approaches. Participation in this program will contribute significantly to her professional development as a young dancer and support her long-term goal of pursuing advanced dance training and international performance opportunities. The experience will help build valuable international connections and broaden her perspective within the global dance community
Beneficiary: Lucia Vella Laurenti
Reference Number: TDS214-26-7867
Project Title: Summer Intensive
Amount Rewarded: €1619
Project Summary Description: Lucia Vella Laurenti will attend the Elmhurst Junior Summer Intensive (Birmingham, 25–27 August 2026), after successfully auditioning. The Elmhurst Summer Intensive introduces students to its training ethos through classical ballet and British repertoire, alongside contemporary and jazz. It also includes a Q&A featuring Birmingham Royal Ballet company members. She will also audition for full-time dance training at leading dance schools in Italy. Attending these workshops and auditions help Lucia to refine her technique, musicality, and discipline while building her confidence, independence, and ability to learn in a professional international environment.