Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Appoġġ għall-Arti

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti hija parti mill-portafoll ta’ appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti li jinvesti f’espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta. L-iskema tippermetti individwi, gruppi u organizzazzjonijiet biex jippjanaw, jiżviluppaw, jiġu rrappreżentati, u jwettqu proġetti artistiċi skont l-Istrateġija 2025 tal-Kunsill, li primarjament tindirizza lill-komunitajiet u l-professjonisti kreattivi. L-iskema tħaddem l-Istrateġija 2025 billi tfittex b’mod attiv li:

Invalid deadline format: 20240723 12:00:00

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija July 23, 2024 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

• Trawwem il-potenzjal kreattiv u tappoġġa l-iżvilupp tiegħu, tinkoraġġixxi l-kokreazzjoni, il-kollaborazzjoni u l-esperimentazzjoni
• Tinvesti f’eċċellenza artistika permezz ta’ inkoraġġiment ta’ teħid ta’ riskju kreattiv, esperimentazzjoni, u involviment attiv tal-komunitajiet waqt li tappoġġa proġetti ta’ kwalità kif ukoll tidentifika t-talent u tinkoraġġixxi l-iżvilupp tiegħu;
• Tiddokumenta u tesplora l-komunitajiet artistiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent, kif ukoll il-legat kulturali u artistiku ta’ Malta;
• Tippromwovi u tappoġġa d-diversità, l-inklussività, u l-iżvilupp tal-komunità billi tagħmel possibbli proġetti artistiċi kollaborattivi, l-iżvilupp tal-għarfien, u d-disseminazzjoni tal-prattiki tajba;
• Tipprovdi lil gruppi żvantaġġjati b’aċċessibbiltà għal firxa wiesgħa ta’ esperjenzi artistiċi u kulturali u opportunitajiet għal involviment sinifikanti fl-arti u l-kultura;
• Tiffaċilita l-ħolqien ta’ pjattaformi għal talent żagħżugħ li jipprometti, involviment interġenerazzjonali, kif ukoll involviment interkulturali.

Din l-iskema, f’konformità mal-impenn ġenerali tal-Kunsill Malti għall-Arti għad-drittijiet kulturali, tirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-artisti u professjonisti kulturali u kreattivi fil-ħolqien u l-produzzjoni ta’ espressjonijiet artistiċi u kulturali diversi. Din l-iskema tinkoraġġixxi lill-applikanti biex jindirizzaw bżonnijiet speċifiċi tal-komunitajiet, bħall-parteċipazzjoni kulturali, is-solidarjetà, il-ġustizzja soċjali, ir-responsabbiltà ambjentali, is-sostenibbiltà, l-iżvilupp tal-komunità, u benessri olistiku aħjar. L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti tappoġġa lill-artisti, il-professjonisti kulturali u kreattivi, u lill-komunitajiet biex:

• Jieħdu riskji kreattivi biex jiskopru opportunitajiet ġodda, jiżviluppaw l-għarfien tagħhom, u jiżviluppaw xogħol ġdid permezz ta’ sperimentazzjoni u kollaborazzjoni;
• Iwettqu proġetti ta’ riċerka esplorattivi li jippermettulhom jittestjaw xogħol ġdid, jinvolvu, ikunu rrappreżentati kif xieraq, jikkollaboraw, u jiżviluppaw aktar l-ideat tagħhom.

Prattika artistika, jiġifieri

· Jiffurmaw parti minn proġett/korp ta’ xogħol usa’;
· Ikunu proġetti awtonomi;
· Jikkonsistu f’sensiela ta’ proġetti fi ħdan programm ta’ attivitajiet.

Din l-iskema tikkonsisti f’żewġ oqsma ta’ fokus ewlenin, kull wieħed maqsum f’ tipi ta’ attivitajiet. L-applikanti jistgħu jagħżlu li jiffokaw f’qasam wieħed jew aktar minn dawn jew f’tipi ta’ attivitajiet fi ħdan il-proġetti tagħhom:

1. Prattika artistika, jiġifieri:

Proġetti artistiċi – inkluż il-produzzjoni u l-ipprogrammar ta’ xogħol kreattiv immexxi mill-kwalità – li jwessgħu l-limiti ta’ esperjenza kreattiva impenjattiva għall-artisti, il-prattikanti kulturali u kreattivi, is-setturi rilevanti u l-komunitajiet;
Produzzjonijiet relatati mal-komunitajiet artistiċi Maltin imfassla biex jiddokumentaw il-patrimonju kulturali u artistiku Malti b’mod miftuħ u sostenibbli.

Produzzjonijiet relatati mal-komunitajiet artistiċi Maltin imfassla biex jiddokumentaw il-patrimonju kulturali u artistiku Malti b’mod miftuħ u sostenibbli.

Involviment tal-komunità u tal-udjenza, jiġifieri:

Produzzjonijiet u/jew programmazzjonijiet artistiċi li jippermettu u jippromwovu l-parteċipazzjoni kulturali, l-espressjoni kreattiva u/jew l-għarfien u l-apprezzament relatati mal-memorja kollettiva u mal-patrimonju kulturali u artistiku tal-komunità;

Esplorazzjonijiet ta’ approċċi parteċipattivi u innovattivi għall-involviment tal-udjenza maħsuba biex japprofondixxu l-involviment ma’ udjenzi eżistenti u ġodda permezz ta’ prattika artistika u/jew riċerka;

Esplorazzjonijiet ta’ modi kif jittejjeb l-aċċess għall-arti u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni inklużiva u ta’ diversità akbar fl-arti.

Din l-iskema tipprovdi appoġġ lill-artisti, lill-prattikanti kulturali u kreattivi u lill-komunitajiet matul il-fażijiet tal-iżvilupp u tal-implimentazzjoni. Tkopri wkoll il-ħin u r-riżorsi meħtieġa għall-professjonisti kreattivi u għall-kollaboraturi biex jiżviluppaw il-proġetti tagħhom.

Skip to content