Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Appoġġ ġħal Mużika Maltija fuq Stażżjonijiet tar-Radju Privati

Invalid deadline format: September 2, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija September 2, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

L-Iskema ta’ Appoġġ għal Mużika Maltija fuq Stazzjonijiet tar-Radju Privati tifforma parti mill-portafoll li jinvesti fl-espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi Maltin. L-iskema ġiet żviluppata sabiex tippromwovi u tappoġġja l-espożizzjoni tat-talent mużikali lokali fuq pjattaformi tax-xandir. Din l-iskema tipprovdi assistenza finanzjarja lil entitajiet tax-xandir eliġibbli impenjati sabiex ixandru l-mużika Maltija permezz ta’ programmar strutturat li jallinja mal-identità kulturali u lingwistika ta’ Malta.

F’konformità mal-Istrateġija 2025 tal-KMA, l-iskema primarjament tindirizza prattikanti kreattivi. L-Iskema ssegwi l-Istrateġija 2025 billi attivament tfittex li:

•Trawwem potenzjal kreattiv u tappoġġja l-iżvilupp tiegħu, tinkoraġġixxi l-ko-kreazzjoni, il-kollaborazzjoni, u l-esperimentazzjoni;
• Tiffaċilita l-ħolqien ta’ pjattaformi għal talent żagħżugħ promettenti, involviment interġenerazzjonali, kif ukoll involviment interkulturali;
• Tiġġenera żvilupp kulturali u soċjali, tkabbir eknomiku, u impjieg;
• Tidderieġi l-investiment tal-finanzjament pubbliku tagħna lejn il-bini ta’ sħubiji u kollaborazzjonijiet ġodda kif ukoll l-espansjoni tal-għarfien, ħiliet, u netwerks tagħna sabiex jiġu appoġġjati u promossi l-kundizzjonijiet li fihom is-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta u Għawdex jistgħu jiffjorixxu.

L-għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li jżid il-preżenza tax-xandir tal-mużika Maltija kontemporanja, partikolarment xogħol li fihom l-użu tal-lingwa Maltija u li huma maħluqa minn artisti lokali. Permezz ta’ żieda ta’ ħin ta’ xandir iddedikat għal mużika Maltija, l-iskema għandha l-għan li trawwem apprezzament għall-kultura Maltija, tappoġġja l-industrija tal-mużika lokali, u tiżgura li xogħlijiet ġodda u emerġenti huma aċċessibbli għal udjenza usa’ permezz ta’ programmar regolari ta’ kwalità għolja.

L-iskema tappoġġja xandara applikanti sabiex jipproduċu u jxandru tlettax-il (13) programm iddedikat għal kull skeda matul tliet skedi konsekuttivi, mill-1 t’Ottubru 2025. Kull programm irid jinkludi minimu ta’ erbgħin (40) minuta ta’ mużika Maltija, li tista’ tiġi mxandra jew f’:

• Blokka kontinwa sħiħa bejn is-06:00 u t-20:00; jew
• Żewġ blokok separati ta’ 20 minuta l-waħda, ukoll bejn is-06:00 u t-20:00.

Il-programmi jridu jikkonsistu f’xandir oriġinali; kontenut ripetut mhux eliġibbli. Barra minn hekk, reklamar ma jistax jiġi mgħoddi mar-rekwiżit minimu ta’ 40 minuta.

Il-kontenut tal-mużika jrid ikun konformi mal-kriterji segwenti:
• Komposta u/jew miktuba minn individwi Maltin
• Maħruġa f’dawn l-aħħar 36 xhar
• Tal-anqas 50% tal-mużika trid tikkontjeni lirika bil-lingwa Maltija

Sabiex ikunu kkunsidrati għal appoġġ taħt din l-iskema, l-applikanti jridu jissottomettu l-iskeda tax-xandir t’Ottubru 2025 flimkien mal-applikazzjoni tagħhom.

L-iskema hija żviluppata sabiex mużika ta’ kwalità għolja prodotta lokalment tirċievi l-viżibbiltà u r-rikonoxximent li jixirqilha, u b’hekk tikkontribwixxi għax-xena tal-mużika Maltija lokali vibranti u sostenibbli.

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku :

L-applikanti huma inkoraġġuti li jagħtu kunsiderazzjoni xierqa, skont il-bżonn, lill-prinċipji spjegati fir-Right to Culture – Resource Pack, meta jkunu qed jiżviluppaw il-proposta tagħom fir-rigward tal-involviment komunitarju u l-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd f’xogħolhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi huwa mmirat li jżid għarfien fir-rigward tal-inklussività, u lejn l-appoġġjar tal-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika ta’ kuljum.

L-applikanti huma wkoll mistennija li jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji ewlenin deskritti fil-qosor fil-Karta għall-Istatus tal-Artist rter for the Status of the Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, l-aċċessibbiltà mtejba, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

L-għotja hija miftuħa għal impriżi (għal liema assistenza se tingħata f’konformità mar-regolament de minimis), fi ħdan it-tifsira tal-Artiklu 107 TFEU (jekk jogħġbok irreferi għal Sezzjoni 9 ta’ dawn il-linji gwida għal informazzjoni addizzjonali). L-applikanti jridu jikkwalifikaw bħala:

• Kumpanija rreġistrata mar-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta

Barra minn hekk, l-applikanti jridu jikkwalifikaw bħala xandar li huwa stazzjon tar-radju privat fuq bażi nazzjonali jew stazzjon privat tax-xandir awdjodiġitali u mniżżel fost l-istazzjonijiet liċenzjati fil-paġna tal-Awtorità tax-Xandir disponibbli hawn.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni

Skadenza għall-applikazzjoni: 2 ta’ Settembru 2025

Klassifika

Benefiċjarju: Capital Communications Ltd

Numru ta’ referenza: PRS02-25-6354

Titlu tal-proġett: Vibe’s Malta Picks

Ammont mogħti: €10,000

“Vibe’s Malta Picks” is a twice-weekly radio segment on VIBE FM, airing every Tuesday and Thursday from 1:00 PM to 1:20 PM between October 2025 and June 2026. The programme will feature 40 minutes per week of original music by Maltese artists, focusing on works released within the past 36 months, with at least 50% of the lyrics in Maltese. Each segment will include curated tracks and short voiceovers introducing the artists and highlighting their creative contributions. By integrating Maltese music into VIBE FM’s weekday schedule, the project aims to promote contemporary local talent, increase the presence of the Maltese language in mainstream media, and support the growth of Malta’s music industry through consistent national exposure.

 

Benefiċjarju: Beacon Media Group Limited

Numru ta’ referenza: PRS04-25-6365

Titlu tal-proġett: Ritmi Riċenti

Ammont mogħti: €10,000

Ritmu Riċenti, programm ġdid fuq RTK103 li se jiċċelebra l-aktar kanzunetti riċenti mix-xena mużikali Maltija. Kull ġimgħa se jintefa’ dawl fuq ix-xogħol ta’ kantanti, artisti u gruppi mużikali Maltin li pproduċew xogħlijiet fl-aħħar snin. L-għan hu li jiżdied l-għarfien dwar il-kantanti u l-gruppi lokali filwaqt li jinxteħet dawl fuq kollaborazzjonijiet internazzjonali li uħud ikunu qed jaħdmu fuqhom. Kull tip ta’ kanzunetti minn ballads sa pop, lirika ħierġa mill-qalb sa ritmu innovattiv – dan huwa programm li m’għandekx titlef biex tiskopri x’toffri x-xena mużikali Maltija tal-aħħar snin. Mhux hekk biss iżda fil-programmi se nkunu qed niltaqgħu mal-artisti nfushom li se jkunu mistiedna fl-istudios ta’ RTK103.

Benefiċjarju: Malta University Enterprises Ltd

Numru ta’ referenza: PRS05-25-6366

Titlu tal-proġett: Mix Tape Malti

Ammont mogħti: €10,000

Mix Tape Malti hosted by Shawn James, will feature a curated selection of alternative Maltese music and include interviews with various artists from the local music industry.

Skip to content