Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Appoġġ ġħall-Gazzetti

Invalid deadline format: November 4, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija November 4, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

L-għan tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Gazzetti hija li tagħti appoġġ għall-assigurazzjoni ta’ kwalità relatata mal-arti, il-kultura, u l-wirt nazzjonali f’gazzetti stampati.

L-iskema, li hi mgħarrfa bis-sitwazzjoni preżenti tas-settur f’dak li għandu x’jaqsam ma’ riżorsi finanzjarji u umani limitati, hi mmirata li tappoġġja u tiffaċilita modiu mezzi sabiex tindirizza dawn l-isfidi msemmija hawn fuq.

L-iskema proposta hija maqsuma f’żewġ fergħat:

L-Ewwel Fergħa hi mmirata li toffri appoġġ f’termini ta’ servizzi lingwistiċi għal gazzetti stampati bil-lingwa Maltija. Gazzetti ppubblikati bil-lingwa Maltija se jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja għall-iżvilupp lingwistiku, inkluż l-ortografija u t-titjib tal-espressjoni ġurnalistika, f’termini ta’ stil, ċarezza, sintassi, u semantika.

Elementi bħal konċiżjoni, korrettezza politika, artikulazzjoni ċara, u ħsieb analitiku jistgħu jiġu indirizzati b’mod professjonali u f’konformità ma’ standards internazzjonali.

It-Tieni Fergħa hi mmirata li toffri appoġġ għall-ispejjeż involuti fil-ħolqien ta’ kontenut regolari tal-arti, kultura, u wirt nazzjonali ddisinjat biex jaqsam għarfien lill-qarrejja dwar aspetti kulturali permezz ta’ features, artikli, u materjal viżiv għall-promozzjoni ta’ avvenimenti u proġetti biex jattiraw udjenzi ġodda.

Midja stampata f’Malta se tkun inkoraġġuta biex tirrikonoxxi l-importanza tal-arti, il-kultura, u l-wirt nazzjonali bħala kontributuri ewlenin għall-benesseri taċ-ċittadini f’soċjetà kontemporanja.

L-iskema toffri għajnuna għal dawn l-attivitajiet imsemmija: L-iskema toffri għajnuna għal dawn l-attivitajiet imsemmija:

L-Ewwel Fergħa:

  • Attendenza għal korsijiet tal-qari tal-provi fil-lingwa Maltija;
  • Attendenza għal korsijiet ta’ aġġornament fl-użu tal-lingwa Maltija u l-evoluzzjoni kostanti tagħha;
  • Struzzjoni fl-idjoma u l-kwalitajiet stilistiċi għal kitba ġurnalistika fil-lingwa Maltija għal midja stampata;
  • Esternalizzazzjoni ta’ servizzi lingwisitiċi bħal subber u qari tal-provi.

It-Tieni Fergħa:

  • Attendenza għal korsijiet qosra tal-lingwa Maltija u/jew studji tal-lingwa Ingliża, ġurnaliżmu, u kitba kreattiva għal midja stampata;
  • L-ippubblikar ta’ materjal ta’ reklamar li jippromwovi l-arti, il-kultura, u l-wirt nazzjonali;
  • Remunerazzjoni għal edituri u/jew kontributuri ta’ paġni u supplimenti ddedikati għal kontenut tal-arti, il-kultura, u l-wirt nazzjonali li jiġu ppubblikati b’mod regolari;
  • Il-kitba ta’ rivisti u kritika ta’ attivitajiet relatati mal-arti, il-kultura, u l-wirt nazzjonali bħal esebizzjonijiet, prestazzjonijiet, tours, u produzzjonijiet televiżivi.

Il-benefiċjarji kollha tat-Tieni Fergħa jridu jinkludu, bħala minimu, 25 suppliment ta’ żewġ paġni f’kull gazzetta stampata fis-sena, li jkopru €250 f’kontenut li jkopri l-arti, il-kultura, u l-wirt nazzjonali.

Rekwiżiti konformi mal-Istrateġija 2025

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku.

L-applikanti huma mħeġġa jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji spjegati fid-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum.

L-applikanti huma wkoll mistennija li jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji ewlenin deskritti fil-qosor fil-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, l-aċċessibbiltà mtejba, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

L-għotja hija miftuħa għall-impriżi (li għalihom l-għajnuna tingħata skont ir-Regolament de minimis) kif ukoll għal dawk l-applikanti li ma jwettqux attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. (Għal
aktar informazzjoni rreferi għat-Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida). Barra minn hekk, l-applikant irid ikun rappreżentant legali ta’:

• Kumpanija rreġistrata mar-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta;
• Organizzazzjoni volontarja mniżżla mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Barra minn dan, l-applikanti jridu jikkwalifikaw bħala mezz tal-midja stampata, skont kif imniżżel fuq il-paġna tad-Dipartiment tal-Informazzjoni mniżżla hawnhekk.

Agħfas hawn għall-linji gwida u  agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skip to content