Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Appoġġ għall-Arti

L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti hija parti mill-portafoll ta’ appoġġ tal-Kunsill Malti għall-Arti li jinvesti f’espressjoni artistika u kulturali diversa u fl-iżvilupp tas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta.

Invalid deadline format: June 17, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija June 17, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

L-iskema tippermetti individwi, gruppi u organizzazzjonijiet biex jippjanaw, jiżviluppaw, jiġu rrappreżentati, u jwettqu proġetti artistiċi skont l-Istrateġija 2025 tal-Kunsill, li primarjament tindirizza lill-komunitajiet u l-professjonisti kreattivi. L-iskema tħaddem l-Istrateġija 2025 billi tfittex b’mod attiv li:

• Trawwem il-potenzjal kreattiv u tappoġġa l-iżvilupp tiegħu, tinkoraġġixxi l-kokreazzjoni, il-kollaborazzjoni u l-esperimentazzjoni
• Tinvesti f’eċċellenza artistika permezz ta’ inkoraġġiment ta’ teħid ta’ riskju kreattiv, esperimentazzjoni, u involviment attiv tal-komunitajiet waqt li tappoġġa proġetti ta’ kwalità kif ukoll tidentifika t-talent u tinkoraġġixxi l-iżvilupp tiegħu;
• Tiddokumenta u tesplora l-komunitajiet artistiċi u kulturali tal-passat u tal-preżent, kif ukoll il-legat kulturali u artistiku ta’ Malta;
• Tippromwovi u tappoġġa d-diversità, l-inklussività, u l-iżvilupp tal-komunità billi tagħmel possibbli proġetti artistiċi kollaborattivi, l-iżvilupp tal-għarfien, u d-disseminazzjoni tal-prattiki tajba;
• Tipprovdi lil gruppi żvantaġġjati b’aċċessibbiltà għal firxa wiesgħa ta’ esperjenzi artistiċi u kulturali u opportunitajiet għal involviment sinifikanti fl-arti u l-kultura;
• Tiffaċilita l-ħolqien ta’ pjattaformi għal talent żagħżugħ li jipprometti, involviment interġenerazzjonali, kif ukoll involviment interkulturali.

Din l-iskema, f’konformità mal-impenn ġenerali tal-Kunsill Malti għall-Arti għad-drittijiet kulturali, tirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-artisti u professjonisti kulturali u kreattivi fil-ħolqien u l-produzzjoni ta’ espressjonijiet artistiċi u kulturali diversi. Din l-iskema tinkoraġġixxi lill-applikanti biex jindirizzaw bżonnijiet speċifiċi tal-komunitajiet, bħall-parteċipazzjoni kulturali, is-solidarjetà, il-ġustizzja soċjali, ir-responsabbiltà ambjentali, is-sostenibbiltà, l-iżvilupp tal-komunità, u benessri olistiku aħjar. L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Arti tappoġġa lill-artisti, il-professjonisti kulturali u kreattivi, u lill-komunitajiet biex:

• Jieħdu riskji kreattivi biex jiskopru opportunitajiet ġodda, jiżviluppaw l-għarfien tagħhom, u jiżviluppaw xogħol ġdid permezz ta’ sperimentazzjoni u kollaborazzjoni;
• Iwettqu proġetti ta’ riċerka esplorattivi li jippermettulhom jittestjaw xogħol ġdid, jinvolvu, ikunu rrappreżentati kif xieraq, jikkollaboraw, u jiżviluppaw aktar l-ideat tagħhom.

Din l-iskema tikkonsisti f’żewġ oqsma ta’ fokus ewlenin, kull wieħed maqsum f’ tipi ta’ attivitajiet. L-applikanti jistgħu jagħżlu li jiffokaw f’qasam wieħed jew aktar minn dawn jew f’tipi ta’ attivitajiet fi ħdan il-proġetti tagħhom:

1. Prattika artistika, jiġifieri:
o Proġetti artistiċi – inklużi l-produzzjoni u l-programmar ta’ xogħol kreattiv ta’ kwalità għolja – li jwessgħu l-fruntieri tal-involviment ta’ esperjenzi kreattivi għall-artisti, il-professjonisti kulturali u kreattivi, is-setturi relevanti u l-komunitajiet;
o Produzzjoni li tirrelata mal-komunitajiet artistiċi ta’ Malta, imfassla biex tiddokumenta il-legat kulturali u artistiku ta’ Malta b’mod miftuħ u sostenibbli.

2. Involviment tal-komunità u l-udjenza, jiġifieri:

o Produzzjoni artistika u/jew programmar li tagħmel possibbli u tippromwovi l-parteċipazzjoni kulturali, l-espressjoni kreattiva, u/jew l-għarfien u l-apprezzament relatati mal-memorja kollettiva, u l-legat kulturali u artistiku tal-komunità;
o Esplorazzjoni ta’ approċċi innovattivi u parteċipattivi għall-involviment tal-udjenza li jwasslu biex japprofondixxu l-involviment ma’ udjenzi eżistenti u ġodda permezz ta’ prattika u/jew riċerka artistika;
o Esplorazzjoni ta’ modi biex itejbu l-aċċess għall-arti u biex jippromwovu parteċipazzjoni inklussiva u diversità akbar fi ħdan l-arti.


Din l-iskema tipprovdi appoġġ lill-artisti, il-professjonisti kulturali u kreattivi, u l-komunitajiet matul il-fażijiet ta’ żvilupp u twettiq, u tkopri ż-żmien u r-riżorsi meħtieġa għall-professjonisti kreattivi u l-kollaboraturi tagħhom biex jiżviluppaw il-proġetti tagħhom.

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku :

L-applikanti huma mħeġġa jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji spjegat fid-Dritt għall-Kultura- Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum. developing their proposal in relation to how they engage with communities and the considerations of everyone’s cultural rights in their work. This resource pack is aimed at increasing awareness regarding inclusivity and supporting the implementation of cultural rights in our day-to-day practice.

L-applikanti huma wkoll mistennija li jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji ewlenin deskritti fil-qosor fil-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, l-aċċessibbiltà mtejba, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

• Entitajiet irreġistrati mar-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta (inklużkumpaniji, sħubiji, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet)
• Gruppi, kollettivi u konsorzji
• Koperattivi rreġistrati
• Organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji
• Professjonisti kreattivi/artisti individwali.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skip to content