Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Programm ta’ Appoġġ għall-Aċċessibbiltà

Il-Programm ta’ Appoġġ għall-Aċċessibbiltà huwa parti mill-portafoll ta’ inizjattivi mfassal biex jiffaċilita l-ingaġġ kreattiv u kulturali.

Invalid deadline format: April 8, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija April 8, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati


Dan il-programm għandu l-għan li jippermetti lis-setturi kulturali u kreattivi jsiru aktar aċċessibbli u jaddottaw l-ogħla standards ta’ prattika tajba u jżewweġ l-ekwità malkwalità.

Dan il-programm jinvesti fi pjanijiet ta’ aċċessibbiltà, b’attenzjoni speċjali fuq in-nies, irriżorsi, il-faċilitajiet, it-taħriġ, il-mentoraġġ, l-assistenza teknika, is-servizzi u linfrastruttura.

F’konformità ma’ Strateġija 2025 kif ukoll mal-impenn tal-Kunsill Malti għall-Arti (KMA) biex jgħin l-arti biex jaddotta approċċ sostenibbli u responsabbli lejn l-investiment pubbliku, il-KMA jixtieq jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti rigward dawn il-ħtiġijiet:

Fl-iżvilupp tal-proposta tagħhom l-applikanti għandhom isegwu l-gwida mogħtija fi Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi, u jħarsu mill-qrib lejn l-ingaġġ tal-komunità u ladozzjoni ta’ approċċi bbażati fuq id-drittjiet għal xogħolhom.

Dan il-pakkett ta’ riżorsi nħaseb biex iżid l-għarfien dwar id-diversità, l-ekwità, linklużjoni, l-aċċessibbiltà u l-appartenenza kif ukoll biex jgħin l-implimentazzjoni taddrittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum.

Meta jipproponu attivitajiet ta’ operat u programmar l-applikanti għandhom jikkunsidraw
b’mod xieraq il– Karta għall-Istatus tal-Artist, biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol
aċċettabbli u diċenti għall-artisti u l-prattikanti fis-setturi kulturali u kreattivi, laċċessibbiltà u t-tħaddin tal-libertà artistika. Jenħtieġ jirrikonoxxu wkoll il-ħiliet formali/informali/nonformali, il-kunsiderazzjonijiet etiċi kif ukoll jaderixxu mad-drittijiet talproprjetà intellettwali u mal-liġi internazzjonali tax-xogħol.

Il-Karta għall-Istatus tal-Artist għandha l-għan li tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza
għal kull leġiżlazzjoni, politika jew inizjattiva li tħalli impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u
s-setturi kulturali u kreattivi. Din tiżgura wkoll li kull azzjoni fl-aħħar mill-aħħar tkun
konformi mal-viżjoni fit-tul tagħna li nelevaw l-istatus tal-artisti f’Malta skont il-valur
tanġibbli tagħhom fis-soċjetà.

L-applikanti jeħtieġu jikkwalifikaw bħala wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin:

*Entitajiet irreġistrati mal-Malta Business Registry (fosthom kumpaniji, sħubijiet,
fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet);
* Gruppi, kollettivi u konsorzji;
* Koperattivi rreġistrati
* Organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet
Volontarji;
* Professjonisti kreattivi/artisti individwali.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni

Skip to content