Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Il-Fond tal-President għall-Kreattività

Invalid deadline format: July 15, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija July 15, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Il-Fond tal-President għall-Kreattività huwa wieħed minn sensiela ta’ inizjattivi mmirati lejn it-tisħiħ tal-inklużività, tal-iżvilupp tal-komunità u tal-benessri permezz tal-parteċipazzjoni kulturali u tal-espressjoni kreattiva. Dan il-fond jappoġġa proġetti u programmi. Il-fond jifforma parti minn portafoll divers ta’ skemi u inizjattivi li jimmassimizza l-potenzjal tat-tkabbir kreattiv ta’ Malta billi jħeġġeġ l-involviment fis-setturi kulturali, jiffaċilita l-iskambju kulturali u jippromwovi d-drittijiet kulturali. L-applikazzjonijiet jistgħu jfittxu appoġġ għal inizjattiva pilota jew għall-iżvilupp ta’ inizjattiva li l-organizzazzjoni tkun diġà ppruvat u ttestjat.

Il-potenzjal tal-espressjoni kreattiva fit-trawwim tal-bidla u tar-riġenerazzjoni soċjali u kulturali ntwera u ġie ppruvat f’għadd ta’ kuntesti, inklużi dawk ikkaratterizzati minn ambjenti soċjalment diffiċli, mill-faqar u mill-esklużjoni. Dan il-fehim hu l-bażi għall-Fond tal-President għall-Kreattività.

Il-fond jipprovdi rikonoxximent u appoġġ fl-ogħla livell tal-Istat għal inizjattivi eċċitanti mibnija fuq il-valuri tal-ekwità, id-diversità, l-inklużività u s-sostenibbiltà fis-settur tal-kultura u l-arti u fis-settur soċjali rispettivament – speċjalment dawk li jaħdmu ma’ gruppi żvantaġġati – biex jinvolvu lill-gruppi fi proġetti kreattivi u mmexxija mill-arti u jżidu l-livell ta’ integrazzjoni u involviment tagħhom fis-soċjetà.

Il-Fond tal-President għall-Kreattività hu marbut mal-implimentazzjoni tal-istrateġija kontinwa tal-Kunsill Malti għall-Arti, b’enfażi partikulari fuq il-promozzjoni tad-drittijiet kulturali u l-għoti ta’ aktar opportunitajiet lin-nies biex jinvolvu ruħhom fl-espressjoni kreattiva.

Il-fond hu speċifikament marbut ma’ prijoritajiet importanti artikulati fl-istrateġija kontinwa tal-Kunsill, jiġifieri, li jinvesti f’dawn illi ġejjin:

  • Spettru usa’ ta’ xogħol ta’ kwalità li jispira skambju kulturali fil-komunità u jinvolvi firxa usa’ ta’ nies, kemm bħala parteċipanti kif ukoll bħala udjenza.
  • Artisti u organizzazzjonijiet li jippromwovu d-diversità kulturali u jittrattaw l-inklużjoni u l-aċċessibbiltà kulturali.
  • Il-promozzjoni tad-drittijiet kulturali.

Il-fond jifforma parti mill-programmi ta’ finanzjament tagħna għall-iskambju komunitarju li għandu l-għan li jinvesti f’dawn li ġejjin:

  • Żieda fil-parteċipazzjoni kulturali f’Malta u f’Għawdex;
  • Fehim u involviment aħjar bejn l-artisti u l-komunitajiet;
  • Żieda fid-diversità fil-programmazzjoni kulturali;
  • Żieda fl-importanza mogħtija lil kultura li tkun ferm aktar rappreżentattiva tas-soċjetà Maltija inġenerali;
  • Żvilupp sostenibbli.

Il-Fond tal-President għall-Kreattività għandu l-għan li:

  • Jappoġġa organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet li jaħdmu favur il-bżonnijiet soċjali u l-benessri tal-komunità, b’mod partikulari gruppi żvantaġġati u dawk li diffiċli jintlaħqu, b’enfażi speċjali fuq it-tfal, iż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni b’diżabbiltà u persuni minn sfondi etniċi differenti, permezz tal-parteċipazzjoni kulturali u tal-espressjoni kreattiva.
  • Jipprovdi lil gruppi żvantaġġati aċċessibilità għal firxa wiesgħa ta’ esperjenzi artistiċi ta’ kwalità u attivitajiet ta’ involviment fl-arti u jaġixxi bħala pjattaforma għal talent żagħżugħ promettenti u għal djalogu interġenerazzjonali kif ukoll interkulturali.
  • Jinċentiva l-kontribut ta’ organizzazzjonijiet attivi fis-settur tal-arti u l-kultura lejn l-iżvilupp tal-komunità u proġetti kollaborattivi tal-arti.

Dan il-fond jipprovdi appoġġ għall-iżvilupp ta’ proġetti, programmi u prattiki kollaborattivi mfassla biex irawmu d-diversità, l-ekwità, l-inklużjoni, l-appartenenza, il-benessri u r-riġenerazzjoni permezz tal-impenn kulturali. Jinvesti wkoll fil-kollaborazzjoni bejn organizzazzjonijiet attivi fis-settur kulturali u kreattiv u fil-qasam tal-iżvilupp soċjali u komunitarju. L-applikazzjoni għandha turi b’mod ċar il-benefiċċji tal-proġett għall-komunità.

Is-sieħeb ewlieni jista’ jikkollabora ma’ organizzazzjoni waħda jew aktar u/jew ma’ prattikant individwali wieħed jew aktar biex jiżviluppa proġett, programm jew prattika tal-arti komunitarja li tgħaqqad l-ogħla standards ta’ kwalità u l-prattika tajba, kemm mill-perspettiva artistika kif ukoll mill-perspettiva soċjali.

B’mod konformi mal-Istrateġija 2025 u mal-impenn tal-KMA li jappoġġa l-arti, jiġifieri li jadotta approċċ sostenibbli u responsabbli għall-investiment pubbliku:

Inħeġġu lill-applikanti jqisu bis-sħiħ u kif xieraq il-prinċipji spjegati fid-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi, b’mod partikulari fir-rigward tal-involviment tal-komunità u tal-adozzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet għax-xogħol tagħhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklużività u jappoġġa l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum.

L-applikanti mistennija wkoll iqisu bis-sħiħ u kif xieraq il-prinċipji deskritti fil-Karta għall-Istatus tal-Artisti biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti għall-artisti billi jħaddnu l-libertà artistika, l-aċċessibbiltà, ir-rikonoxximent tal-ħiliet formali/informali/mhux formali, kundizzjonijiet soċjoekonomiċi xierqa, in-nondiskriminazzjoni u l-ekwità, kunsiderazzjonijiet etiċi dovuti u r-rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artisti tipprovdi qafas ta’ referenza dinamiku għal-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-inizjattivi li b’mod dirett jew indirett jolqtu lill-artisti u lis-setturi kulturali u kreattivi filwaqt illi tiżgura li l-azzjonijiet meħuda jkunu allinjati mal-viżjoni aħħarija fit-tul li jiġi elevat l-istatus tal-artisti u tal-ħaddiema kulturali fil-Gżejjer Maltin skont il-valur tagħhom fis-soċjetà.

Il-Fond tal-President għall-Kreattività huwa ġestit b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika u mill-Kunsill Malti għall-Arti.

  • Entitajiet irreġistrati mal-Malta Business Registry (inklużi kumpaniji, sħubijiet, fondazzjonijiet, u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet);
  • Gruppi, kollettivi u konsorzji;
  • Koperattivi rreġistrati;
  • Istituzzjonijiet edukattivi li joffru edukazzjoni formali u informali;
  • Istituzzjonijiet pubbliċi;
  • Organizzazzjonijiet volontarji rreġistrati mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Agħfas hawnhekk biex tniżżel il-linji gwida. Agħfas hawnhekk biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skadenza tal-applikazzjoni: 15 ta’ Lulju 2025

Klassifica

Benefiċjarju: Magna Żmien Foundation

Numru ta’ referenza: FTP11-25-6266

Titlu tal-proġett: Community Archiving in the Eastern Region

Ammont mogħti: €15,000

Magna Żmien is collaborating with the Eastern Regional Council in a pilot project to engage elderly members of communities in this region in a participatory archival activity. Through talks, facilitated memory sharing sessions and a final exhibition, participants are encouraged to describe photographs and share memories and stories that they identify within Magna Żmien’s archive of personal home collections, leading to a co-curated exhibition that highlights the value of working with intangible local heritage. These invaluable contributions help toward Magna Żmien’s goal of documenting everyday life in Malta during the twentieth century through our archive, and supports active ageing and community connection through a collaborative creative process.

Skip to content