Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Għotja għal Sabbatiku għar-Riċerka Artistika

Invalid deadline format: October 21, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija October 21, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

L-Għotja għal Sabbatiku għar-Riċerka Artistika hija waħda mill-għodod tal-Kunsill Malti għall-Arti biex tippermetti lil individwi biex jinvolvu ruħhom f’riċerka artistika li hija bbażata fuq il-prattika jew immexxija mill-prattika u li hija mmirata lejn l-iżvilupp u l-esplorazzjoni ta’ ideat, metodoloġiji, materjali, u tekniki ġodda bi skop ta’ aktar żvilupp artistiku. Din l-għotja tissodisfa l-objettiv tal-qasam strateġiku – L-Edukazzjoni u l-Iżvilupp – tal-Istrateġija 2025 billi tinvesti fir-riċerka u l-kreattività permezz ta’ introduzzjoni ta’ għotja għal sabbatiku għall-artisti u l-prattikanti. Barra minn hekk, l-għotja tissodisfa diversi prijoritajiet strateġiċi enfasizzati mill-Kunsill fid-dokument Strateġija 2025, fis-sens li:

• Trawwem il-potenzjal kreattiv u tappoġġja l-iżvilupp tiegħu billi tinkoraġġixxi lill-kreattivi biex jinvolvu ruħhom f’riċerka bbażata fuq il-prattika u li jinvestigaw;
• Tinvesti f’eċċellenza artistika permezz ta’ inkoraġġiment ta’ teħid ta’ riskju kreattiv, sperimentazzjoni, u involviment attiv tal-artisti, waqt li tidentifika t-talent u tappoġġja l-iżvilupp tiegħu;
• Trawwem kollaborazzjonijiet u sħubijiet artistiċi biex ix-xena artistika lokali tiżviluppa;
• Tespandi l-opportunitajiet għal karriera fl-arti;
• Tinvesti f’ħiliet tas-seklu 21.

L-għotja hija parti mill-iskemi ta’ finanzjament tal-Kunsill Malti għall-Arti li għandhom l-għan li jinvestu fi proġetti esploratorji li jippermettu lil professjonisti kreattivi biex jinvestigaw aspetti relatati mal-prattika artistika tagħhom, jesploraw u jittestjaw xogħolhom, jinvolvu ruħhom f’metodi u teknoloġiji ġodda, jirriċerkaw, jikkollaboraw ma’ professjonisti kreattivi u professjonisti relevanti, u jiżviluppaw aktar l-ideat tagħhom. L-applikazzjonijiet imressqa jistgħu jkunu parti mill-fażi inizjali ta’ proġett/korp ta’ xogħol usa’ jew awtonomu.

L-objettiv ta’ din l-iskema huwa li jappoġġja r-riċerka fis-setturi kulturali u kreattivi, skont il-Politika Kulturali Nazzjonali 2021. Kif ġie ddikjarat f’din il-Politika, l-artisti li jaħdmu professjonalment fis-settur jistgħu jiffaċċjaw sfidi finanzjarji biex jinvolvu ruħhom esklussivament fir-riċerka artistika għal żmien twil li jwassluhom biex jikkompromettu d-dħul u l-impenji finanzjarji tagħhom. Il-Kunsill jemmen bi sħiħ fl-importanza tar-riċerka artistika u l-bżonn għall-artisti biex jiġġeddu u jirriflettu fuq il-prattika tagħhom. L-inizjattiva tappoġġja prattikanti kreattivi indipendenti li jixtiequ jieħdu sabbatiku ta’ sena billi tipprovdi dħul skont eżiti u objettivi maqbula.

L-għanijiet ta’ din l-għotja huma bbażati fuq dawk tad-Dikjarazzjoni ta’ Vjenna dwar ir-Riċerka Artistika u jappoġġjaw it-twessigħ tal-għarfien u l-fehim tar-riċerka artistika.

  • L-applikanti jistgħu jagħżlu biex fil-proġetti tagħhom jiffokaw fuq qasam wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
  • Riċerka f’teknoloġiji diġitali u intelliġenza artifiċjali u kif dawn jinfurmaw prattiki artistiċi kontemporanji;
  • Sperimentazzjoni b’metodi innovativi ta’ involviment artistiku mmexxi mill-komunità.

Jeħtieġ li s-sena sabbatika tiġi ppjanata bħala attività ta’ riċerka artistika ta’ tnax-il xahar minn applikanti li huma kommessi li: i. ma jimpenjawx ruħhom fuq bażi full-time x’imkien iehor iżda li ii. jistgħu jaċċettaw xogħol okkażjonali/każwali (eż. kummissjonijiet/proġetti) fuq bażi part-time, biex b’hekk iħallu biżżejjed ħin u riżorsi oħra għat-tlestija tal-kompiti b’rabta mas-sabbatiku propost.


Is-sabbatiku jinkludi laqgħat regolari ma’ mentor imqabbad mill-Kunsill Malti għall-Arti. Fi tmiem is-sabbatiku, il-parteċipanti tal-għotja jkollhom l-opportunità li jippreżentaw il-proġett u s-sejbiet tagħhom permezz ta’ attività mmirata biex l-għarfien li ħareġ mir-riċerka artistika jinqasam bejn kulħadd.


Rekwiżiti konformi mal-istrateġija li għaddejja bħalissa

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku, il-KMA jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti għal dan li ġej f’konformità mal-Istrateġija 2025.

L-applikanti huma mħeġġa jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji spjegati fid-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum.

L-applikanti huma wkoll mistennija li jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji ewlenin deskritti fil-qosor fil-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, l-aċċessibbiltà mtejba, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

L-iskema tista’ tiffoka fuq riċerka kreattiva u/jew riċerka artistika bbażata fuq il-prattika minn professjonisti kreattivi. Din l-iskema tinkoraġġixxi wkoll proġetti ta’ riċerka bbażata fuq il-komunità.

L-għotja hija miftuħa għal professjonisti kreattivi/artisti individwali li jaħdmu għal rashom full-time.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni

Skip to content