Artwork title, Artist name, YYYY

Għajnuna finanzjarja għall-Parroċċi

Il-Kunsill Malti għall-Arti japprezza l-valur kulturali u soċjali li jinsabu fil-parroċċi f’Malta u Għawdex.

Invalid deadline format: April 23, 2025 12:00 pm

Deadline

The deadline to apply is April 23, 2025 at

12:00 pm.

Late applications will not be accepted.

Din l-iskema ta’ għajnuna finanzjarja tipprovdi għotja waħda u ta’ darba biex tgħin fil-kopertura tal-ispejjeż direttament relatati ma’ attivitajiet ġewwa l-parroċċi. L-għan hu li titjieb l-esperjenza tal-komunità u tiġi żgurata ġestjoni effiċjenti, filwaqt li l-parroċċi jkomplu jippreservaw il-valuri kulturali u reliġjużi tagħhom.

L-għajnuna tista’ tkopri spejjeż bħall-kiri ta’ strumenti mużikali, inġenji jew vetturi meħtieġa għall-manutenzjoni u l-armar tal-knisja, biex il-proċess loġistiku jitwettaq bla xkiel. Tista’ wkoll tiffinanzja l-istampar ta’ inviti, programmi u materjal promozzjonali biex tissaħħaħ il-komunikazzjoni mal-komunità u tħeġġeġ il-parteċipazzjoni.

Barra minn hekk, l-għotja tista’ tkopri tariffi għal artisti, fosthom mużiċisti, kantanti u preżentaturi. Tista’ wkoll tiġi użata għal spejjeż ta’ manutenzjoni tal-knisja, biex jinżammu l-faċilitajiet u s-settijiet f’kundizzjoni tajba. B’dan il-mod, l-għajnuna tikkontribwixxi għall-eċċellenza organizzattiva ta’ attivitajiet u tippromwovi l-valuri kulturali fil-livell lokali.

L-applikanti għandhom jikkwalifikaw bħala:

• Organizzazzjonijiet Volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji u li huma konformi mar-regolamenti tal-Organizzazzjonijiet Volontarji, jew

• Entitajiet imwaqqfa taħt il-Liġi Kanonika.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skip to content