Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

L-Iskema għall-Apprendistat

Invalid deadline format: May 5, 2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija May 5, 2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

L-Iskema għall-Apprendistat hija waħda mill-għodod biex tindirizza u twettaq l-istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti għall-fini ta’ professjonaliżmu u tkabbir fis-setturi kreattivi u kulturali, u għalhekk hija azzjoni allinjata mal-viżjoni deskritta fl-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti.

L-Iskema għall-Apprendistat hija maqsuma f’żewġ sejħiet għal proposti.

  • Sejħa Numru 1 hija applikabbli għal kummerċjanti waħdanija, entitajiet irreġistrati mal-Malta Business Registry, organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, u kooperattivi rreġistrati mal-Bord tal-Kooperattivi.
    L-applikanti interessati li jospitaw apprendisti huma mistiedna jressqu l-proposta tagħhom. Fost l-applikanti eliġibbli hemm operaturi li l-attivitajiet tagħhom jeħtieġu input kreattiv u jistgħu jkunu involuti f’dawn is-setturi:
    • Kulturali u Kreattiv
    • Teknoloġija Diġitali          
    • Disinn
    • iGaming (kumpaniji tal-imħatri esklużi)
    • Artiġjanat
  • Sejħa Numru 2 hija applikabbli għal professjonisti kreattivi li għandhom mill-inqas kwalifikazzjoni rikonoxxuta f’livell 5 tal-MQF (applikanti li għandhom kwalifiċi ogħla jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati).

Dan il-programm jirrifletti l-isforz għal aktar professjonalizzazzjoni tas-settur kulturali u kreattiv, il-promozzjoni ta’ kultura intraprenditorjali fost il-kreattivi, u t-titjib ta’ ħiliet tekniċi u vokazzjonali. Jipprovdi wkoll opportunitajiet biex isaħħaħ il-bażi tal-għarfien u l-istrateġiji tal-impriżi kulturali u kreattivi. Permezz ta’ investiment fi proċessi mfassla biex itejbu l-kwalità meħtieġa biex tiġġenera xogħol artistiku ta’ eċċellenza, l-għan tagħna huwa li nappoġġjaw l-iżvilupp ta’ ekoloġija kreattiva sostenibbli u nrawmu aktar opportunitajiet ta’ xogħol fis-settur.

L-objettivi ewlenin tal-iskema huma:

  • Nappoġġjaw l-iżvilupp professjonali tal-professjonisti kreattivi;
  • Inrawmu eċċellenza fl-oqsma tal-arti u l-kultura, u l-avvanz tal-għarfien u l-kapaċitajiet f’oqsma marbutin magħhom;
  • Ninkuraġġixxu tkabbir intellettwali professjonali;
  • Ninkuraġġixxu lill-professjonisti kreattivi jkomplu jibnu l-ħiliet tagħhom;
  • Nappoġġjaw lill-impriżi li joperaw fi ħdan is-setturi prijoritarji ta’ din l-iskema u li jistinkaw b’mod attiv lejn prattiċi soċjali, ekonomiċi, u sostenibbli għall-ambjent (tranżizzjoni ekoloġika).

Attivitajiet oħrajn li mhux imniżżla hawn fuq li jissodisfaw l-objettivi ta’ din l-iskema jistgħu jiġu wkoll ikkunsidrati ladarba jipprovdu biżżejjed ġustifikazzjoni.

Rekwiżiti konformi mal-Istrateġija tal-Kunsill Malti għall-Arti u mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku, il-KMA jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti għal dan li ġej f’konformità mal-Istrateġija tiegħu:

L-applikanti huma mitluba jikkunsidraw id-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum. 

L-applikanti huma meħtieġa wkoll jikkunsidraw il-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u deċenti għall-artisti u l-prattikanti kreattivi li jħaddnu l-libertà artistika, l-aċċessibbiltà, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà. 

Sejħa għall-Ospitanti

L-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin, jew ikollhom permess ta’ residenza f’Malta, jew ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija, jew passaport Malti.

L-applikanti jistgħu jkunu:

  • Entitajiet irreġistrati mal-Malta Business Registry (fosthom kumpaniji b’responsabbiltà limitata, sħubijiet, fondazzjonijiet, u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet);
  • Kooperattivi rreġistrati;
  • Kummerċjanti waħdanija;
  • Organizzazzjonijiet kulturali pubbliċi
  • Organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

 

Sejħa għall-Apprendisti

L-applikanti jridu jkunu professjonisti kreattivi li huma ċittadini Maltin jew li għandhom permess ta’ residenza f’Malta, ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija jew passaport Malti.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni għall-Ospitanti u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni għall-Apprendisti.

Skip to content