Għandek bżonn toħloq profil fuq is-sit tagħna biex tkun tista’ tapplika għal fondi u tidħol fid-database tagħna ta’ artisti u kreattivi.
Trid aktar informazzjoni? Ċċemplilna fuq 23347230 jew tibagħtilna email fuq fundinfo@artscouncil.mt.
L-applikanti huma mitluba joħolqu profil fis-CRM tal-KMA minn tal-anqas ġimgħatejn qabel id-data taliskadenza tas-sejħa.
Kemm-il darba jkollok xi diffikultà jew tixtieq tikkonsultana dwar dan il-fond, tista’ ċċemplilna fuq 2334 7230 mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn id-09:00 u l-16:00 jew tibagħtilna email fuq fundinfo@artscouncil.mt. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tippreżenta formula ta’ applikazzjoni kompluta kif spjegat f’dawn il-linji gwida u regolamenti. Jekk ma tippreżentax l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni meħtieġa kollha, lapplikazzjoni tiegħek ma tiġix ipproċessata u evalwata.
Il-formuli tal-applikazzjoni tiegħek mhux ser jiġu ċċekkjati minn rappreżentanti tal-Kunsill Malti għall-Arti qabel id-data tal-iskadenza tal-applikazzjoni. Il-Kunsill għandu d-diskrezzjoni esklużiva li jitlob lillapplikanti jipprovdu kwalunkwe dokumentazzjoni obbligatorja nieqsa wara d-data tal-iskadenza tassejħa.
Mat-tressiq tal-applikazzjoni l-applikanti jaċċettaw li jekk l-applikazzjoni tingħata l-finanzjament mitlub, l-isem, it-titlu tal-proġett u l-ammont mogħti jistgħu jiġu ppubblikati mill-Kunsill.
Id-deċiżjoni dwar il-finanzjament tittieħed abbażi tal-kwalità tal-informazzjoni mressqa, inkluż iddokumenti li jappoġġaw il-proposta.
L-applikazzjonijiet li jaslu wara 12.00 (nofsinhar) tad-data tal-iskadenza rispettiva ma jiġux aċċettati.
Need more information on applying to one of our funding schemes?
Send us a message and one of our team will get back to you.