{"id":15416,"date":"2025-12-18T11:25:13","date_gmt":"2025-12-18T09:25:13","guid":{"rendered":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/archive\/from-principles-to-practice\/"},"modified":"2026-06-22T11:27:45","modified_gmt":"2026-06-22T09:27:45","slug":"from-principles-to-practice","status":"publish","type":"archive","link":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/","title":{"rendered":"From Principles to Practice"},"content":{"rendered":"\n<p class=\"wp-block-paragraph\"><strong><strong>Kif taddotta l-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist fl-organizzazzjoni tieg\u0127ek<\/strong><\/strong><\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\"><em><strong>Xi passi pratti\u010bi g\u0127all-operaturi kulturali biex jaddottaw il-prin\u010bipji tal-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist<\/strong><\/em><\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Kif nistg\u0127u nimxu minn prin\u010bipji sbie\u0127 g\u0127al bidliet veri? G\u0127al \u0127afna operaturi kulturali fil-g\u017cejjer Maltin, din hija mistoqsija kbira meta jitkellmu dwar il-<em>Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist. <\/em>Hemm qbil, in prin\u010bipju, li l-\u0127addiema kollha fis-setturi kreattivi u kulturali jixirqilhom \u0127las \u0121ust, kundizzjonijiet siguri, u rispett professjonali. I\u017cda, biex twettaq dan kollu, kultant tin\u0127ass missjoni kumplessa.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Kultant na\u0127sbu li biex naddottaw <em>il-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist <\/em>irridu naqilbu d-dinja ta\u2019 ta\u0127t fuq u nibdew na\u0127dmu b\u2019mod totalment \u0121did. Dan mhux minnu. Kultant ix-xog\u0127ol jista\u2019 jibda billi n\u017cidu l-g\u0127arfien dwar l-aspirazzjonijiet tag\u0127na, b\u2019konver\u017cazzjoni miftu\u0127a u bi ftit rieda tajba biex in\u0127arsu lejn il-mod kif noperaw b\u0127alissa u \u2019l fejn irridu naslu.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Wie\u0127ed mill-modi sempli\u010bi u effettivi huwa billi no\u0127olqu mappa ta\u2019 kif qed na\u0127dmu u nqabbluhom mal-prin\u010bipji tal-Karta: il-kuntratti li g\u0127andna huma \u0121usti u \u010bari? Il-\u0127lasijiet jo\u0127or\u0121u fi \u017cmien ra\u0121jonevoli? Il-\u0127addiema g\u0127andhom opportunitajiet ta\u2019 \u017cvilupp personali u professjonali? Il-\u0127inijiet ta\u2019 xog\u0127ol huma realisti\u010bi g\u0127all-\u0127addiema kollha? Dawn huma w\u0127ud mill-mistoqsijiet li minnhom tista\u2019 tibda l-addozzjoni tal-prin\u010bipji tal-Karta u li juru kemm organizzazzjoni g\u0127andha vi\u017cjoni ffukata fuq it-tis\u0127i\u0127 tal-kapital uman tag\u0127ha u li s-sostenibbilt\u00e0 tag\u0127ha hija msejsa fuq ir-ri\u017corsi primarji tag\u0127ha\u2014il-\u0127addiema.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Daqstant ie\u0127or importanti huwa l-prin\u010bipju ta\u2019 trasparenza. Meta l-organizzazzjoni ma ta\u0127bix il-mod kif tikkumpensa lill-\u0127addiema tag\u0127ha, taqsam il-politiki li t\u0127addan u turi li miftu\u0127a g\u0127al titjib fil-mod kif ta\u0127dem, tista\u2019 tkattar sens ta\u2019 fidu\u010bja bejnha u l-\u0127addiema tag\u0127ha. <em>Il-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist<\/em> tista\u2019 sservi b\u0127ala l-ba\u017ci g\u0127al tkabbir intern fl-organizzazzjoni li jag\u0127ti prijorit\u00e0 lill-kapital uman u r-relazzjonijiet minflok jiffoka biss fuq il-profitti. Dan jista\u2019 jwassal kemm g\u0127al \u017cieda fil-lealt\u00e0 u sens ta\u2019 kburija fost l-impjegati, kif ukoll g\u0127al kompetittivit\u00e0 akbar fuq medda ta\u2019 \u017cmien.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Xi organizzazzjonijiet jistg\u0127u, ng\u0127idu a\u0127na, jappuntaw lil xi \u0127add inkarigat mill-progress fuq dal-materji u li jkun responsabbli li jirre\u0121istra l-progress tal-operat u li jtih vi\u017cibbilt\u00e0. O\u0127rajn jistg\u0127u jorbtu l-prin\u010bipji tal-<em>Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist<\/em> mal-pjanijiet strate\u0121i\u010bi u l-applikazzjonijiet g\u0127all-fondi tag\u0127hom, biex juru kif pratti\u010bi \u0121usti jappo\u0121\u0121jaw il-kwalit\u00e0 artistika u s-sostenibbilt\u00e0 organizzazzjonali.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">L-akbar bidla per\u00f2 tasal biss meta jinbidel il-mod kif na\u0127sbu u naraw l-affarijiet. L-addozzjoni tal-prin\u010bipji tal-<em>Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist <\/em>tfisser li wie\u0127ed ma jibqax i\u0127ares lejn il-\u0127addiema kulturali b\u0127ala sempli\u010biment fornituri ta\u2019 servizzi varji u minflok jirrikonoxxihom b\u0127ala kollaboraturi essenzjali. Ifisser ukoll li nivvalorizzaw il-pro\u010bess daqskemm nivvalorizzaw il-prodott a\u0127\u0127ari u li r-rikonoxximent tal-pratti\u010bi eti\u010bi b\u0127ala kontributur ewlieni g\u0127at-tis\u0127i\u0127 tal-kreattivit\u00e0 u r-reputazzjoni.<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\">Il-<em>Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist <\/em>toffri qafas g\u0127at-tiswir ta\u2019 strutturi organizzazzjonali aktar f\u2019sa\u0127\u0127ithom, minn negozju \u017cg\u0127ir sa festival jew mu\u017cew kbir, kollha jistg\u0127u jibbenefikaw minnu. Ebda pass mhu \u017cg\u0127ir wisq biex iwassal g\u0127al bidliet ikbar. Meta l-\u0127las \u0121ust, benessri, u rikonoxximent professjonali jsiru l-pratti\u010bi standard, kul\u0127add igawdi, mill-\u0127addiema kulturali sal-komunitajiet li jaqdu. Il-<em>Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist<\/em> mhix biss dokument\u2014hija stqarrija ta\u2019 rieda serja biex is-setturi kreattivi u kulturali jevolvu u jikbru.\u00a0<\/p>\n\n<p class=\"wp-block-paragraph\"><em>Dan l-artiklu huwa parti mill-kampanja kontinwa li l-Kunsill Malti g\u0127all-Arti qed imexxi biex jippromwovi l-istatus professjonali tal-artisti li joperaw fil-g\u017cejjer Maltin sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xog\u0127ol fis-setturi kreattivi kollha.<\/em><\/p>\n","protected":false},"excerpt":{"rendered":"<p>Kif taddotta l-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist fl-organizzazzjoni tieg\u0127ek Xi passi pratti\u010bi g\u0127all-operaturi kulturali biex jaddottaw il-prin\u010bipji tal-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist Kif nistg\u0127u nimxu minn prin\u010bipji sbie\u0127 g\u0127al bidliet veri? G\u0127al \u0127afna operaturi kulturali fil-g\u017cejjer Maltin, din hija mistoqsija kbira meta jitkellmu dwar il-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist. Hemm qbil, in prin\u010bipju, li l-\u0127addiema kollha fis-setturi kreattivi u kulturali jixirqilhom [&hellip;]<\/p>\n","protected":false},"featured_media":15415,"template":"","archive_category":[69],"class_list":["post-15416","archive","type-archive","status-publish","has-post-thumbnail","hentry","archive_category-blogs"],"acf":[],"yoast_head":"<!-- This site is optimized with the Yoast SEO plugin v28.1 - https:\/\/yoast.com\/product\/yoast-seo-wordpress\/ -->\n<title>From Principles to Practice - Arts Council Malta<\/title>\n<meta name=\"robots\" content=\"index, follow, max-snippet:-1, max-image-preview:large, max-video-preview:-1\" \/>\n<link rel=\"canonical\" href=\"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/\" \/>\n<meta property=\"og:locale\" content=\"en_US\" \/>\n<meta property=\"og:type\" content=\"article\" \/>\n<meta property=\"og:title\" content=\"From Principles to Practice - Arts Council Malta\" \/>\n<meta property=\"og:description\" content=\"Kif taddotta l-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist fl-organizzazzjoni tieg\u0127ek Xi passi pratti\u010bi g\u0127all-operaturi kulturali biex jaddottaw il-prin\u010bipji tal-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist Kif nistg\u0127u nimxu minn prin\u010bipji sbie\u0127 g\u0127al bidliet veri? G\u0127al \u0127afna operaturi kulturali fil-g\u017cejjer Maltin, din hija mistoqsija kbira meta jitkellmu dwar il-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist. Hemm qbil, in prin\u010bipju, li l-\u0127addiema kollha fis-setturi kreattivi u kulturali jixirqilhom [&hellip;]\" \/>\n<meta property=\"og:url\" content=\"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/\" \/>\n<meta property=\"og:site_name\" content=\"Arts Council Malta\" \/>\n<meta property=\"article:publisher\" content=\"https:\/\/www.facebook.com\/ArtsCouncilMalta\/\" \/>\n<meta property=\"article:modified_time\" content=\"2026-06-22T09:27:45+00:00\" \/>\n<meta property=\"og:image\" content=\"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/12\/shutterstock_2139198385-1-res.png\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:width\" content=\"1000\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:height\" content=\"667\" \/>\n\t<meta property=\"og:image:type\" content=\"image\/png\" \/>\n<meta name=\"twitter:card\" content=\"summary_large_image\" \/>\n<meta name=\"twitter:label1\" content=\"Est. reading time\" \/>\n\t<meta name=\"twitter:data1\" content=\"3 minutes\" \/>\n<script type=\"application\/ld+json\" class=\"yoast-schema-graph\">{\"@context\":\"https:\\\/\\\/schema.org\",\"@graph\":[{\"@type\":\"WebPage\",\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/en\\\/archive\\\/from-principles-to-practice\\\/\",\"url\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/en\\\/archive\\\/from-principles-to-practice\\\/\",\"name\":\"From Principles to Practice - Arts Council Malta\",\"isPartOf\":{\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/#website\"},\"primaryImageOfPage\":{\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/en\\\/archive\\\/from-principles-to-practice\\\/#primaryimage\"},\"image\":{\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/en\\\/archive\\\/from-principles-to-practice\\\/#primaryimage\"},\"thumbnailUrl\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/wp-content\\\/uploads\\\/2025\\\/12\\\/shutterstock_2139198385-1-res.png\",\"datePublished\":\"2025-12-18T09:25:13+00:00\",\"dateModified\":\"2026-06-22T09:27:45+00:00\",\"breadcrumb\":{\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/en\\\/archive\\\/from-principles-to-practice\\\/#breadcrumb\"},\"inLanguage\":\"en-US\",\"potentialAction\":[{\"@type\":\"ReadAction\",\"target\":[\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/en\\\/archive\\\/from-principles-to-practice\\\/\"]}]},{\"@type\":\"ImageObject\",\"inLanguage\":\"en-US\",\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/en\\\/archive\\\/from-principles-to-practice\\\/#primaryimage\",\"url\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/wp-content\\\/uploads\\\/2025\\\/12\\\/shutterstock_2139198385-1-res.png\",\"contentUrl\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/wp-content\\\/uploads\\\/2025\\\/12\\\/shutterstock_2139198385-1-res.png\",\"width\":1000,\"height\":667},{\"@type\":\"BreadcrumbList\",\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/en\\\/archive\\\/from-principles-to-practice\\\/#breadcrumb\",\"itemListElement\":[{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":1,\"name\":\"Home\",\"item\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/en\\\/\"},{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":2,\"name\":\"Archives Pages\",\"item\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/archive\\\/\"},{\"@type\":\"ListItem\",\"position\":3,\"name\":\"From Principles to Practice\"}]},{\"@type\":\"WebSite\",\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/#website\",\"url\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/\",\"name\":\"Arts Council Malta\",\"description\":\"\",\"publisher\":{\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/#organization\"},\"potentialAction\":[{\"@type\":\"SearchAction\",\"target\":{\"@type\":\"EntryPoint\",\"urlTemplate\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/?s={search_term_string}\"},\"query-input\":{\"@type\":\"PropertyValueSpecification\",\"valueRequired\":true,\"valueName\":\"search_term_string\"}}],\"inLanguage\":\"en-US\"},{\"@type\":\"Organization\",\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/#organization\",\"name\":\"Arts Council Malta\",\"url\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/\",\"logo\":{\"@type\":\"ImageObject\",\"inLanguage\":\"en-US\",\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/#\\\/schema\\\/logo\\\/image\\\/\",\"url\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/wp-content\\\/uploads\\\/2025\\\/02\\\/cropped-ACM_Logo_105x105-1.png\",\"contentUrl\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/wp-content\\\/uploads\\\/2025\\\/02\\\/cropped-ACM_Logo_105x105-1.png\",\"width\":105,\"height\":105,\"caption\":\"Arts Council Malta\"},\"image\":{\"@id\":\"https:\\\/\\\/artscouncilmalta.gov.mt\\\/#\\\/schema\\\/logo\\\/image\\\/\"},\"sameAs\":[\"https:\\\/\\\/www.facebook.com\\\/ArtsCouncilMalta\\\/\"]}]}<\/script>\n<!-- \/ Yoast SEO plugin. -->","yoast_head_json":{"title":"From Principles to Practice - Arts Council Malta","robots":{"index":"index","follow":"follow","max-snippet":"max-snippet:-1","max-image-preview":"max-image-preview:large","max-video-preview":"max-video-preview:-1"},"canonical":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/","og_locale":"en_US","og_type":"article","og_title":"From Principles to Practice - Arts Council Malta","og_description":"Kif taddotta l-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist fl-organizzazzjoni tieg\u0127ek Xi passi pratti\u010bi g\u0127all-operaturi kulturali biex jaddottaw il-prin\u010bipji tal-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist Kif nistg\u0127u nimxu minn prin\u010bipji sbie\u0127 g\u0127al bidliet veri? G\u0127al \u0127afna operaturi kulturali fil-g\u017cejjer Maltin, din hija mistoqsija kbira meta jitkellmu dwar il-Karta g\u0127all-Istatus tal-Artist. Hemm qbil, in prin\u010bipju, li l-\u0127addiema kollha fis-setturi kreattivi u kulturali jixirqilhom [&hellip;]","og_url":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/","og_site_name":"Arts Council Malta","article_publisher":"https:\/\/www.facebook.com\/ArtsCouncilMalta\/","article_modified_time":"2026-06-22T09:27:45+00:00","og_image":[{"width":1000,"height":667,"url":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/12\/shutterstock_2139198385-1-res.png","type":"image\/png"}],"twitter_card":"summary_large_image","twitter_misc":{"Est. reading time":"3 minutes"},"schema":{"@context":"https:\/\/schema.org","@graph":[{"@type":"WebPage","@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/","url":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/","name":"From Principles to Practice - Arts Council Malta","isPartOf":{"@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/#website"},"primaryImageOfPage":{"@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/#primaryimage"},"image":{"@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/#primaryimage"},"thumbnailUrl":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/12\/shutterstock_2139198385-1-res.png","datePublished":"2025-12-18T09:25:13+00:00","dateModified":"2026-06-22T09:27:45+00:00","breadcrumb":{"@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/#breadcrumb"},"inLanguage":"en-US","potentialAction":[{"@type":"ReadAction","target":["https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/"]}]},{"@type":"ImageObject","inLanguage":"en-US","@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/#primaryimage","url":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/12\/shutterstock_2139198385-1-res.png","contentUrl":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/12\/shutterstock_2139198385-1-res.png","width":1000,"height":667},{"@type":"BreadcrumbList","@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/archive\/from-principles-to-practice\/#breadcrumb","itemListElement":[{"@type":"ListItem","position":1,"name":"Home","item":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/"},{"@type":"ListItem","position":2,"name":"Archives Pages","item":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/archive\/"},{"@type":"ListItem","position":3,"name":"From Principles to Practice"}]},{"@type":"WebSite","@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/#website","url":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/","name":"Arts Council Malta","description":"","publisher":{"@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/#organization"},"potentialAction":[{"@type":"SearchAction","target":{"@type":"EntryPoint","urlTemplate":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/?s={search_term_string}"},"query-input":{"@type":"PropertyValueSpecification","valueRequired":true,"valueName":"search_term_string"}}],"inLanguage":"en-US"},{"@type":"Organization","@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/#organization","name":"Arts Council Malta","url":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/","logo":{"@type":"ImageObject","inLanguage":"en-US","@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/#\/schema\/logo\/image\/","url":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/cropped-ACM_Logo_105x105-1.png","contentUrl":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/wp-content\/uploads\/2025\/02\/cropped-ACM_Logo_105x105-1.png","width":105,"height":105,"caption":"Arts Council Malta"},"image":{"@id":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/#\/schema\/logo\/image\/"},"sameAs":["https:\/\/www.facebook.com\/ArtsCouncilMalta\/"]}]}},"_links":{"self":[{"href":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/archive\/15416","targetHints":{"allow":["GET"]}}],"collection":[{"href":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/archive"}],"about":[{"href":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/types\/archive"}],"version-history":[{"count":2,"href":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/archive\/15416\/revisions"}],"predecessor-version":[{"id":16803,"href":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/archive\/15416\/revisions\/16803"}],"wp:featuredmedia":[{"embeddable":true,"href":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media\/15415"}],"wp:attachment":[{"href":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/media?parent=15416"}],"wp:term":[{"taxonomy":"archive_category","embeddable":true,"href":"https:\/\/artscouncilmalta.gov.mt\/en\/wp-json\/wp\/v2\/archive_category?post=15416"}],"curies":[{"name":"wp","href":"https:\/\/api.w.org\/{rel}","templated":true}]}}