“Qalbna Magħkom” – Avveniment ta’ solidarjetà mal-Palestina wara r-rikonoxximent uffiċjali ta’ Malta tal-Istat Palestinjan

Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali flimkien mal-Arts Council Malta u Heritage Malta se jorganizzaw “Qalbna Magħkom”, avveniment ta’ solidarjetà u ta’ kuxjenza dwar is-sitwazzjoni attwali fil-Palestina, wara r-rikonoxximent uffiċjali ta’ Malta tal-Istat Palestinjan. Il-Ministru għall-Wirt Kulturali, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, qal, “Bħalissa, il-ġlieda għall-kuxjenza u għall-umanità ma tistax titħalla barra mill-ispazju kulturali. […]

Ikompli l-proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-futur kreattiv ta’ Malta permezz ta’ ENVISION205

Il-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali kompla jaħdem fuq il-proċess ta’ konsultazzjoni għall-industriji tal-arti u l-kreattività taħt il-kappa ENVISION2050, permezz ta’ sessjoni ta’ konsultazzjoni pubblika ffukata fuq is-settur kulturali u kreattiv. Is-sessjoni laqqgħet diversi prattikanti, membri tal-pubbliku, istituzzjonijiet u partijiet interessati oħra permezz ta’ roundtables fejn ġew diskussi l-prijoritajiet li ser jigwidaw dawn l-oqsma fis-snin […]

Il-Festival tal-Films Ewropej tal-EUNIC Jiċċelebra l-5 Edizzjoni Tiegħu f’Pajjiżna

Mit-23 sat-28 ta’ Settembru 2025, il-Festival tal-Films Ewropej tal-EUNIC jirritorna fil-Belt Valletta għall-ħames edizzjoni tiegħu. Organizzat mill-Cluster ta’ Malta tal-EUNIC (Istituti Nazzjonali tal-Unjoni Ewropea għall-Kultura), dan l-avveniment annwali jenfasizza l-qawwa tal-films biex iqanqlu djalogu u jmorru lil hinn mill-fruntieri. L-avveniment isaħħaħ l-importanza tad-diversità. Imtella’ fi Spazju Kreattiv, il-festival ta’ din is-sena jinkludi 11-il wirja fuq […]

L-Għonnella fl-EXPO tal-Ġappun 2025

It-Tlieta’, 2 ta’ Settembru, fl-EXPO ta’ Osaka, il-Ġappun 2025, il-Padiljun ta’ Malta esebixxa l-installazzjoni ‘The Black Garment’, produzzjoni  mill-istudjo tad-disinjatur Malti Luke Azzopardi. L-installazzjoni ‘The Black Garment’ hija  ikkummissjonat mill-Kunsill Malti tal-Arti. ‘The Black Garment’ huwa proġett tal-moda li jesplora s-sinifikat kulturali u storiku profond tal-Għonnella Maltija, bħala kontinwazzjon tal-pubblikazzjoni ta’ Luke Azzopardi, ‘Għonnella: Deconstructing the Garment’ ippubblikata […]

Il-pubbliku mistieden jieħu sehem fil-konsultazzjoni ENVISION2050 dwar il-futur kreattiv ta’ Malta

Is-sessjoni se tiffoka fuq l-arti, il-kultura u s-settur kreattiv fi ħdan l-erba’ pilastri strateġiċi tal-viżjoni ta’ Malta għall-2050. Il-Kunsill Malti għal-Arti qed iħeġġeġ lill-membri tal-pubbliku biex jattendu u jikkontribwixxu l-fehmiet tagħhom dwar il-viżjoni fit-tul ta’ Malta għall-2050 waqt sessjoni ta’ konsultazzjoni ddedikata u ffukata fuq l-arti, il-kultura u s-settur kreattiv. Is-sessjoni se tesplora kif is-settur […]

Imħabbra l-lista estiża ta’ proġetti li ser jibbenefikaw mill-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen

22 applikant li laħqu l-kriterji meħtieġa qed jiġu miżjuda mal-lista ta’ proġetti li jibbenefikaw mill-iskema  Il-Kunsill Malti għall-Arti, bħala parti mill-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, għadu kif ħabbar il-lista sħiħa ta’ 55 proġett li ser ikunu qed igawdu mill-fondi tal-Iskema ta’ Appoġġ għall-Iscreen taħt il-fergħat 1 – 5. L-iskema, li għalqet fil-15 ta’ April, oriġinarjament […]

L-ewwel parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Biennale ta’ Gwangju mħabbra ma’ BEJN / IN-BETWEEN

Il-Kunsill Malti għall-Arti se jkun qed jipparteċipa fil-Biennale prestiġġjuż ta’ Gwangju fil-Korea t’Isfel fl-2026, bil-proġett BEJN / IN-BETWEEN. Din se tkun l-ewwel darba li Malta se tkun qed tieħu sehem f’dan l-avveniment, li ġie stabbilit sew bħala wieħed mill-avvenimenti tal-arti kontemporanja ewlenin tal-Asja, u jservi ta’ pjattaforma għal artisti kontemporanji ewlenin sabiex jippreżentaw xogħol esperimentali […]

It-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika għall-Istrateġija 2030

Il-Kunsill Malti għall-Arti qed iniedi l-konsultazzjoni pubblika għall-iżvilupp taċ-ċiklu strateġiku li jmiss li se jwasslu sal-2030. Strateġija 2030 qed tiġi mfassla fuq il-bażi ta’ valutazzjoni bir-reqqa ta’ Strateġija 2025, li qed tiġi fi tmiemha, kif ukoll diskussjonijiet u analiżi fil-fond li qed jevalwaw il-kuntest attwali u jħarsu ’l quddiem biex jidentifikaw sfidi u opportunitajiet futuri […]

Imħabbar investiment ta’ €600,000 għal iktar għajnuna għall-għaqdiet volontarji li jtellgħu avvenimenti fil-komunitajiet tagħna

Il-Ministru ghall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali Owen Bonnici u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri varaw skema ta’ għajnuna finanzjarja għall-għaqdiet volontarji sabiex jingħataw appoġġ u sostenn pekunjarju b’rabta ma’ l-aspett taż-żamma tal-ordni fl-organizzar ta’ attivitajiet li jsiru minn żmien għal żmien fid-diversi komunitajiet. B’kollox se jkunu qed jiġu investiti €600,000 fuq firxa ta’ […]

Revisiting Maleth

Wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-Kunsill Malti għall-Arti nieda RETOLD—inizjattiva li permezz tagħha numru ta’ progetti minn artisti u kreattivi Maltin li għamlu suċċess barra minn xtutna fl-aħħar snin qed jintwerew hawn Malta biex jitgawdu mill-Maltin—illum tnieda l-proġett Revisiting Maleth, fil-Mużew tal-Istorja Naturali, l-Imdina. Revisiting Maleth hi l-verżjoni mtennija tal-proġett li rrappreżenta lil Malta […]