Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibilità

Status ta’ Konformità

Il-Kunsill Malti għall-Arti impenjat li jipprovdi sit web uffiċjali aċċessibbli għall-aktar udjenza wiesgħa possibbli, irrispettivament mit-teknoloġija disponibbli jew l-abbiltà diġitali. Qegħdin naħdmu b’mod attiv biex inżidu l-aċċessibbiltà u l-użabbiltà ta’ dan is-sit b’tali mod illi nkunu konformi ma’ bosta standards u linji gwida kurrenti.

Proċess ta’ Konformità

Is-sit tagħna tfassal biex jaħdem tajjeb mal-iżjed brawżers reċenti, fosthom Google Chrome, Internet Explorer, Safari u Firefox.

Għaldaqstant f’dan ir-rigward naderixxu mal-istandard ta’ aċċessibbiltà EN310549 u mal-linji gwida tal-WCAG2.1. Ir-riżorsi u l-formuli online tagħna jiġu evalwati, manwalment u awtomatikament, minn dawn il-linji gwida tal-WCAG 2.1 Livell AA. Is-sit tfassal biex jiffunzjona sewwa u jkun aċċessibbli meta jintuża bi prodotti tal-ħardwer u tas-softwer aġġornati tajjeb.

Ladarba nirrikonoxxu wkoll li l-aderenza mal-istandards u mal-linji gwida waħedha ma tistax tiggarantixxi li prodott ikun aċċessibbli, aħna nwettqu wkoll evalwazzjonijiet tal-użabbiltà fi sforz konġunt mal-utenti ħalli niġbru r-rispons meħtieġ. Naħdmu wkoll biex nimplimentaw l-aċċessibbiltà għall-kanali ta’ informazzjoni pprovduti minn pjattaformi oħra, bħal pereżempju mill-midja soċjali, kull meta dan ikun possibbli.

Miżuri ta’ Aċċessibbiltà

Is-sit tagħna ma jiddependix minn wiġets illi jimmodifikaw it-tipa, l-amplifikazzjoni u l-kuluri. Dan għax dawn il-funzjonalitajiet diġà jinsabu inkorporati fil-biċċa l-kbira tal-brawżers tal-internet jew huma disponibbli permezz ta’ add-ons u plugins differenti li diversi utenti jistgħu jimmodifikaw skont il-ħtiġijiet tagħhom. Filfatt dawn il-personalizzazzjonijiet huma disponibbli għall-biċċa l-kbira tas-siti u mhux biss għal dik ta’ Festivals Malta. Sabiex nippermettu dan il-livell ta’ personalizzazzjoni nfittxu li nimmassimizzaw il-kompatibbiltà ma’ dawn il-modifiki mill-utenti.

Bħala parti minn u b’żieda mal-linji gwida msemmija hawn fuq, is-sit tagħna jimplimenta dawn il-karatteristiċi ta’ aċċessibbiltà:

  • · Iżomm ġerarkija ta’ Intestaturi HTML u tqassim ta’ informazzjoni konsistenti f’paġni web differenti;
  • · Il-kontenut tal-informazzjoni jiġi organizzat f’listi HTML kull fejn applikabbli;
  • · Iżid it-titlu tal-immaġni, alt tag u didaskalija kull fejn din l-informazzjoni tkun rilevanti u utli;
  • · Jimmassimizza l-kuntrast tal-kulur għat-test fejn applikabbli meta possibbli;
  • · Jikkonfigura l-ħoloq esterni kollha biex jinfetħu f’tabs differenti xħin tagħfsu fuqhom.

Kontenut Inaċċessibbli

Qegħdin naħdmu b’mod attiv biex inżidu l-aċċessibbiltà u l-użabbiltà tas-sit tagħna. Kemm-il darba tidentifikaw xi kontenut inaċċessibbli jekk jogħġobkom għarrfuna billi timlew il-formula ‘Ikkuntattjana’ li tinsab f’qiegħ il-paġna prinċipali. F’każi bħal dan l-għan tagħna jkun illi nanalizzaw l-ilment ħalli nidentifikaw il-problema tal-aċċessibbiltà u nġibu l-parti affettwata konformi.

Feedback u Dettalji ta’ Kuntatt

Inevitabbilment, mhux dejjem ser nagħmlu kollox kif imiss! Iżjed ma noffru servizzi u riżorsi online iktar isir probabbli li ninsew xi ħaġa. Madankollu nibqgħu impenjati li nittrattaw fil-pront kwalunkwe kwistjoni ta’ aċċessibbiltà. F’dan ir-rigward nixtiequ l-għajnuna tagħkom. Kemm-il darba tiltaqgħu ma’ xi problemi biex taċċessaw is-siti tagħna jew tiġu f’diffikultà biex tużaw xi aspett tas-sit napprezzaw jekk tinfurmawna.

Tistgħu tikkuntattjawna billi timlew il-formula ‘Ikkuntattjana’ li tinsab f’qiegħ il-paġna prinċipali.

Proċedura ta’ Infurzar

L-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni (MCA) hi l-entità responsabbli mill-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 rigward l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u l-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku. F’każ li l-mistoqsija tagħkom dwar l-aċċessibbiltà tal-ICT ma tiġix ittrattata fil-perjodi ta’ żmien stabbiliti fl-ARR jew tixtiequ tressqu ilment formali, tistgħu tagħmlu dan billi tikkuntattjaw lill-MCA fuq 21336840 jew billi timlew il-formula tal-ilmenti fuq https://mca.org.mt/consumer/forms/complaints.

Skip to content