Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Micro Grant

Invalid deadline format: 13-10-2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija 13-10-2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Il-Micro Grant hija waħda mill-għodod tagħna biex nindirizzaw u nwettqu l-istrateġija preżenti tal-Kunsill Malti għall-Arti, bil-mira li nrawmu l-potenzjal kreattiv u nappoġġjaw l-iżvilupp tiegħu f’attività professjonali.

Din l-għotja għandha l-għan li tipprovdi struttura ta’ appoġġ li tinkoraġġixxi applikanti ġodda biex jaċċessaw l-investiment pubbliku; u għalhekk hija mmirata lejn applikanti li ma rċivew l-ebda fondi mill-portafoll ta’ fondi tal-KMA f’dawn l-aħħar tliet snin (mill-2023 sal-2025). Il-Micro Grant tippermetti lil artisti individwali u professjonisti kreattivi biex jiżviluppaw xogħol artistiku li jgħinhom jimxu ’l quddiem fil-professjoni tagħhom.

Il-Micro Grant hija għotja ta’ darba mfassla biex tappoġġja elementi ta’ bini ta’ kapaċità bħal servizzi ta’ għajnuna, tagħmir, materjali, u spazju li huma marbutin direttament ma’ proġett, attività jew avveniment li se jittellgħu matul l-iskeda taż-żmien eliġibbli ta’ din l-għotja.

Attivitajiet li huma fi ħdan is-settur kulturali u kreattiv:

  1. 1. Arti (letteratura, arti viżiva, mużika, arti performattiva, interdixxiplinari);
  2. 2. Servizzi ta’ Negozju Kreattiv (disinn, arkitettura, turiżmu kulturali u servizzi kulturali);
  3. 3. Patrimonju (artiġjanat, festivals u ċelebrazzjonijiet tradizzjonali, siti kulturali, antikitajiet
  4. 4. Midja (materjal ippubblikat u stampat, awdjoviżivi, li jinkludu produzzjoni ta’ film u vidjo, servizz ta’ film, televixin, video games, radju, midja online).

Eliġibbiltà

Qabelxejn, il-proposti jiġu skrinjati skont it-termini tal-eliġibbiltà teknika. Proposti ineliġibbli skont it-termini tal-punti mniżżla hawn isfel ma jiġux ipproċessati aktar u ma jiġux evalwati.

L-iskeda taż-żmien massima biex twettaq il-proġett: 12-il xahar.

Il-Micro Grant hija miftuħa għal professjonisti kreattivi u/jew artisti individwali li ma bbenefikawx minn skemi ta’ finanzjament tal-KMA f’dawn l-aħħar tliet snin (mill-2023 sal-2025). L-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin; jew għandhom permess ta’ residenza f’ Malta, jew ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija, jew passaport Malti.

L-Għotja hija miftuħa għal applikanti li huma meqjusa bħala impriżi u li jwettqu attività ekonomika fis-sens tal-Artiklu 107 TFUE. L-għajnuna se tingħata f’konformità mar-Regolament de minimis. Jekk jogħġbok irreferi għat-Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida għal informazzjoni addizzjonali.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.