Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali

Invalid deadline format: tas-Skadenza: 26 Mejju 2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija tas-Skadenza: 26 Mejju 2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Din l-Iskema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali tifforma parti mill-Istrateġija għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi. Tittratta l-iskambji kulturali internazzjonali, b’attenzjoni speċifika fuq il-mobbiltà barra l-pajjiż tal-artisti Maltin u ta’ dawk ibbażati f’Malta li għandhom aktar minn 18-il sena kif ukoll fuq ix-xogħlijiet artistiċi u l-produzzjonijiet kulturali tagħhom.

L-objettiv ta’ din l-iskema huwa li tassisti lill-artisti bbażati f’Malta biex:

  • Iżidu l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà internazzjonali, jagħmlu tours bil-produzzjonijiet tagħhom, jibnu networks u jesperjenzaw ix-xogħol ta’ artisti mid-dinja kollha fil-kuntest kulturali tiegħu
  • Jinkuraġġixxu kollaborazzjonijiet u skambji internazzjonali, bil-għan li joħolqu konnessjonijiet mal-bqija tad-dinja biex jiffaċilita fehim aħjar ta’ persuni oħrajn u biex tinkiseb il-fiduċja tagħhom permezz tal-kultura
  • Jippromwovu d-diversità kulturali u jsaħħu r-relazzjonijiet kulturali mad-dinja kollha
  • Juru eċċellenza kreattiva lil programmaturi kulturali internazzjonali, entitajiet li jtellgħu festivals, operaturi u udjenzi ġenerali, u jsostnu u jiżviluppaw ix-xogħol professjonali tagħhom

Din l-iskema tappoġġa:

  • Parteċipazzjoni f’festivals, esibizzjonijiet, wirjiet, films, residenzi ta’ artisti u fieri internazzjonali
  • Marketing, kemm dak diġitali kif ukoll reklami stampati, pereżempju f’rivisti internazzjonali tal-arti/letteratura/films, stazzjonijiet ferrovjarji, subways, karozzi u vendi tal-linja, vapuri, parks, siti elettroniċi, pjattaformi tal-midja soċjali, programmi televiżivi, eċċ. Dan huwa speċifikament maħsub għal kollaborazzjonijiet/proġetti barra minn Malta
  • Produzzjoni ta’ materjal awdjoviżiv ta’ xogħlijiet artistiċi u produzzjonijiet kulturali diġà mitmuma li mbagħad jiġu ppreżentati lil programmaturi, produtturi u kollaboraturi internazzjonali barra l-pajjiż. Din tista’ tinkludi, pereżempju, l-iffilmjar ta’ produzzjoni teatrali jew ta’ żfin, l-iffilmjar ta’ installazzjonijiet artistiċi, qari ta’ poeżiji, esibizzjonijiet, sfilati tal-moda, eċċ
  • Produzzjoni ta’ siti web u demos għal finijiet ta’ promozzjoni internazzjonali.

Rekwiżiti skont l-Istrateġija 2030 tal-Kunsill Malti għall-Arti:

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz ta’ approċċ sostenibbli u responsabbli lejn l-investiment pubbliku, l-KMA jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti għal dan li ġej:

L-applikanti huma inkoraġġuti li jagħtu kunsiderazzjoni xierqa, skont il-bżonn, lill-prinċipji spjegati fir-Right to Culture – Resource Pack, meta jkunu qed jiżviluppaw il-proposta tagħom fir-rigward tal-involviment komunitarju u l-kunsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd f’xogħolhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi huwa mmirat li jżid għarfien fir-rigward tal-inklussività, u lejn l-appoġġjar tal-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika ta’ kuljum.

L-applikanti huma wkoll mistennija li jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji ewlenin deskritti fil-qosor fil-Karta għall-Istatus tal-Artist rter for the Status of the Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, l-aċċessibbiltà mtejba, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

L-iskema għandha żewġ għażliet – għażla ta’ għajnuna mill-Istat (State aid) u għażla mingħajr għajnuna mill-Istat (non-State aid). L-għażla ta’ għajnuna mill-Istat hija disponibbli għal impriżi li jwettqu attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, li għalihom l-għajnuna tingħata skont ir-Regolament de minimis. L-għażla mingħajr għajnuna mill-Istat hija disponibbli għal dawk l-applikanti li ma jwettqux attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, kif ukoll għal proġetti proposti li ma jinvolvux attività ekonomika bħal din. Għal aktar informazzjoni rreferi għat-Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida.

L-applikanti jridu jkunu ċittadini Maltin jew ikollhom permess ta’ residenza Malti jew ċertifikat ta’ ċittadinanza Maltija jew passaport Malti.

L-applikanti jistgħu jkunu:

  • Professjonisti kreattivi/artisti individwali.
  • Entitajiet irreġistrati mar-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta (inklużi kumpaniji, sħubiji, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet)
  • Gruppi, kollettivi u konsorzji
  • Kooperattivi Reġistrati
  • Organizzazzjonijiet Volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skip to content