Kordinatur tal-Appoġġ (Strateġija) fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti
Ninfurmawkom li d-data tal-għeluq ġiet estiża sal-21 ta’ April 2026 f’nofsinhar.
Deskrizzjoni tas-Servizz
F’ħidma mill-qrib u taħt is-superviżjoni tad-Direttur (Strateġija) u l-Kap (Strateġija) fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti, il-Kordinatur tal-Appoġġ se jaħdem fil-qrib mat-Tim tal-Istrateġija tal-Kunsill fl-amministrazzjoni tal-portafoll ta’ strateġija tal-KMA.
Dmirijiet u Responsabbiltajiet Ewlenin
- · Jipprovdi appoġġ ta’ kordinazzjoni u amministrazzjoni lit-Taqsima tal-Istrateġija, u jikkontribwixxi għat-twettiq effettiv tal-programmi, inizjattivi, proġetti, u attivitajiet ta’ strateġija tal-KMA;
- · Jikkordina workflows amministrattivi mill-bidu sal-aħħar għall-programmi ta’ strateġija assenjati, inkluż amministrazzjoni ta’ programmi, akkwist ta’ servizzi, kuntratti, pagamenti, u dokumentazzjoni relatata, f’konformità mal-politiki u l-proċeduri tal-KMA;
- · Jimmonitorja programmi u skedi ta’ żmien ta’ proġetti permezz tas-segwitu ta’ dokumentazzjoni, proċessi, dati ta’ skadenzi, u sottomissjonijiet; jagħmel segwitu proattiv ma’ partijiet interessati interni u esterni sabiex jiġu indikati riskji, ommissjonijiet, jew dewmien lil uffiċjali anzjani skont il-bżonn;
- · Jiriċevi, jirrikonoxxi, jipproċessa, u jidderieġi emails, korrispondenza, u mistoqsijiet relatati mal-istrateġija b’mod professjonali, b’mod f’waqtu, u b’manjiera kordinata, u jservi tal-ewwel punt ta’ kuntatt għal mistoqsijiet amministrattivi regolari;
- Imantni rekords amministrattivi preċiżi u aġġornati billi jiskenja, jagħmel uploading ta’, jissejvja, u jaħżen dokumentazzjoni f’konformità mal-proċeduri tal-KMA, inkluż rekords relatati m’akkwist, kuntratti, fatturi, pagamenti, rappurtaġġ, u żborżament ta’ fondi;
- · Jikkompila, jaġġorna, u jmantni dokumentazzjoni ta’ moniteraġġ, databases, listi ta’ kontroll, u sistemi interni, u jeżerċita l-ġudizzju tiegħu sabiex jidentifika diskrepanzi, informazzjoni nieqsa, jew kwistjonijiet ta’ konformità;
- · Jikkordina u jipprepara dokumentazzjoni amministrattiva relatata ma’ talbiet għal akkwisti, talbiet oħra, rappurtaġġ, dokumentazzjoni dwar remunerazzjoni, applikazzjonijiet, u pagamenti, u jwettaq verifiki ta’ kompletezza u konformità qabel reviżjoni jew approvazzjoni;
- · Jikkomunika u jikkordina m’Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi (PCOs), dipartimenti interni, applikanti, evalwaturi, kollaboraturi, fornituri tas-servizzi, u partijiet oħra interessati sabiex jappoġġja t-twettiq effettiv ta’ programmi u jiġu miżmuma relazzjonijiet ta’ ħidma pożittivi;
- · Jassisti fil-preparazzjoni u l-kordinazzjoni ta’ korrispondenza, rapporti, sommarji, għoti t’informazzjoni, u dokumentazzjoni t’appoġġ skont il-bżonn;
- · Jappoġġja l-manteniment ta’ kontenut relatat mal-istrateġija fuq il-website tal-KMA u jassisti fil-kumpilazzjoni ta’ kontenut għal komunikazzjoni, inkluż midja tradizzjonali u soċjali, riżultanzi ta’ riċerka, rapporti, aġġornamenti, diskorsi, avvenimenti, u għoti t’informazzjoni;
- · Jiżgura kunfidenzjalità, sigurtà, u ż-żamma xierqa ta’ kwalunkwe dokumentazzjoni relatata mal-amministrazzjoni u l-programmi, f’konformità mal-politiki tal-KMA u l-leġiżlazzjoni relevanti;
- · Iwettaq kwalunkwe dmirijiet oħra ta’ kordinament u amministrazzjoni relatati mat-Taqsima tal-Istrateġija, inkluż l-iskedar u ż-żamma ta’ laqgħat, il-preparazzjoni t’aġendi u dokumentazzjoni t’appoġġ, u l-kordinazzjoni t’arranġamenti ta’ vjaġġar, hekk kif assenjati b’mod raġjonevoli mid-Direttur (Strateġija) u/jew Kap (Strateġija).
Dmirijiet Oħra skont kif Assenjati
Id-deskrizzjoni tal-impjieg mhix neċessarjament lista eżawrenti tad-dmirijiet iżda hija intiża biex tirrifletti l-firxa ta’ dmirijiet li l-Kordinatur tal-Appoġġ se jkun qiegħed iwettaq. Id-deskrizzjoni tal-impjieg tista’ tiġi riveduta regolarment u tista’ tiġi mibdula fid-dawl tal-esperjenza u f’konsultazzjoni mal-Kordinatur tal-Appoġġ.
Il-fornitur tas-servizzi magħżul se jkun mistenni jaħdem 40 siegħa fil-ġimgħa, u jkun ibbażat fil-Kunsill Malti għall-Arti. Hu se jkollu ħinijiet ta’ xogħol flessibbli u se jkun jista’ jipprovdi s-servizzi matul ħinijiet mhux skedati jew mhux normali, skont l-eżiġenzi tax-xogħol.
Kwalifikazzjonijiet, Ħiliet, u Esperjenza Neċessarja/i
Kwalifikazzjoni Diploma tal-livell MQF 5 (minimu ta’ 30 ECTS), jew kwalifikazzjoni xierqa, rikonoxxuta kumparabbli fl-Arts u/jew Cultural Management, Creative Industries u/jew Entrepreneurship, Business Management u/jew Administration jew f’oqsma relevanti, kif ukoll sena (1) t’esperjenza ta’ xogħol relevanti.
JEW
Kwalifikazzjoni post-sekondarja tal-livell MQF 4 (minimu ta’ 60 ECTS) jew kwalifikazzjoni xierqa, rikonoxxuta kumparabbli fl-Arts u/jew Cultural Management, Creative Industries u/jew Entrepreneurship, Business Management u/jew Administration kif ukoll tliet (3) snin t’esperjenza ta’ xogħol relevanti.
Applikanti li għandhom kwalifikazzjonijiet minn barra huma mitluba biex jipproduċu dikjarazzjoni ta’
rikonoxximent mill-Malta Qualifications Recognition Information Centre (MQRIC) fi ħdan il-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA), li tista’ tiġi miksuba billi wieħed jissottometti applikazzjoni online għar-rikonoxximenti tal-kwalifikazzjonijiet fuq https://services.mfhea.mt/CertificationApplication.aspx. Tali dikjarazzjoni għandha tiġi annessa mal-applikazzjoni u l-oriġinali għandha tiġi ppreżentata fl-intervista.
U jrid ikollhom il-ħiliet segwenti:
- Komunikazzjoni eċċellenti (orali u bil-miktub) bil-Malti u bl-Ingliż;
- Għarfien ta’, u interess, fis-setturi tal-kultura u l-arti ta’ Malta;
- Ħiliet organizzattivi u amministrattivi b’saħħithom, b’livell t’attenzjoni għad-dettall għoli;
- Għarfien strateġiku sod u l-abbiltà li jaħsbu b’mod strutturat, u b’manjiera orjentata madwar is-soluzzjonijiet;
- Ħiliet interpersonali u tas-servizzi tal-klijenti eċċellenti, bl-abbiltà li jaħdmu b’mod effettiv ma’ firxa wiesa’ ta’ partijiet interessati;
- L-abbiltà li jimmaniġġjaw diversi inkarigi, jaħdmu taħt pressjoni, u jikkontribwixxu effettivament f’ambjent ta’ tim;
- Livell għoli ta’ motivazzjoni u r-rieda li jitgħallmu u jiżviluppaw professjonalment;
- Kompetenza dimostrabbli fl-użu ta’ software standard tal-uffiċċju, inkluż word processing, spreadsheets, databases, u applikazzjonijiet oħra tal-kompjuter;
- Għarfien tajjeb ta’ kalkulazzjonijiet finanzjarji bażiċi u pproċessar amministrattiv;
- Abbiltà li jaħdmu indipendentament b’superviżjoni minima.
Informazzjoni dwar Kuntratt u Salarju
Il-kandidat magħżul se jingħata Kuntratt ta’ Servizz ta’ tliet (3) snin, bil-possibbiltà ta’ tiġdid għal perjodu ulterjuri, skont il-prestazzjoni tiegħu.
Iwieġeb lid-Direttur (Strateġija) u Kap (Strateġija) fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti u jopera b’sigħat flessibbli sabiex ilaħħaq mat-talbiet u r-rekwiżiti tal-pożizzjoni. Il-kandidat magħżul se jkun mitlub jaħdem fi ħdan ir-regoli u regolamenti tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
Ir-remunerazzjoni hija dik ta’ €29,000 (eskluż VAT iżda inkluż kwalunkwe taxxi u miżati oħra) fis-sena għal 40 siegħa fil-ġimgħa.
Barra minn hekk, għat-tul tal-kuntratt, il-fornitur tas-servizz se jirċievi bonus tal-prestazzjoni sa massimu ta’ 10%, li tkun id-diskrezzjoni tad-Direttur (Strateġija).
Il-pagamenti se jiġu pproċessati kull xahar mill-Kunsill Malti għall-Arti malli dan jirċievi fattura b’numru validu tal-VAT.
Eliġibbiltà
Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
(a) ċittadini ta’ Malta; jew
b) ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni Ewropea li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Malti f’kwistjonijiet t’impjieg bis-saħħa ta’ leġizlazzjoni tal-UE jew proviżjonijiet tat-trattat li jittrattaw il-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew
ċ) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet relatati mal-impjieg bis-saħħa tal-applikazzjoni ta’ dak il-pajjiż ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat li jittrattaw il-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew
d) kwalunkwe persuni oħra li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet relatati mal-impjieg ai termini tal-liġi jew il-leġiżlazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat hawn fuq imsemmija, abbażi tar-relazzjoni tal-familja tagħhom ma’ persuni indikati f’paragrafi (a), (b), jew (ċ); jew
(e) ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw status ta’ resident fit-tul f’Malta taħt ir-regolament 4 ta’ “Status of Long-Term Residents (Third Country Nationals) Regulations, 2006”, jew li ngħataw permess ta’ residenza taħt regolament 18(3) tal-istess, flimkien ma’ membri tal-familja tal-istess ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw permess ta’ residenza taħt il-“Family Reunification Regulations, 2007”; jew
(f) persuni fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ ai termini tar-Residence Status of United Kingdom Nationals and their Family Members in Malta f’konformità mal-Ftehim tal-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
Il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Affarijiet tal-Espatrijati fi ħdan l-aġenzija Identità Malta għandu jiġi miksub skont il-bżonn fl-interpretazzjoni ta’ dawn il-proviżjonijiet t’hawn fuq.
Il-ħatra tal-kandidati riferuta f’punti (b), (ċ), (d), (e), u (f) hawn fuq tkun tinneċessita l-ħruġ ta’ liċenzja tal-impjieg skont kif mitlub mill-Att tal-Immigrazzjoni u leġislazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandu jiġi kkonsultat skont il-bżonn fuq din il-kwistjoni.
Kif tapplika
Applikanti interessati huma mitluba biex jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV u kopji taċ-ċertifikati fuq [email protected].
Ninfurmawkom li d-data tal-għeluq ġiet estiża sal-21 ta’ April 2026 f’nofsinhar.
Applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu intervista ta’ selezzjoni.