Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Il-Pjattaforma tal-Fond għall-Kultura u s-Saħħa għall-Gżejjer Maltin

Invalid deadline format: April 7, 2026 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija April 7, 2026 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Il-Pjattaforma tal-Fond għall-Kultura u s-Saħħa għall-Gżejjer Maltin hija parti minn inizjattiva t’erba’ snin immirata biex tappoġġja artisti Ewropej emerġenti li jaħdmu fl-interesezzjoni tas-setturi tal-kultura, saħħa, kura, kif ukoll dawk soċjali. Il-pjattaforma KulturaUSaħħa hija ko-finanzjata mill-Unjoni Ewropea, minn Ewropa Azzjoni Kulturali, u minn 14-il organizzazzjoni Ewropea sħab oħra, inkluż ARC Research & Consultancy bħala l-isħab Malti għal din il-pjattaforma. Il-benefiċċji ewlenin tal-pjattaforma KulturaUSaħħa għall-artisti jinkludu:

  • Appoġġ finanzjarju għal proġetti li jwaħħdu l-kultura u s-saħħa;
  • Mobbiltà internazzjonali u viżibbiltà miżjuda;
  • Inizjattivi ta’ taħriġ u bini ta’ kapaċità;
  • Appoġġ bejn il-pari u opportunitajiet ta’ netwerking;
  • Li jiġu aċċennati avvenimenti li jitfgħu dawl fuq ix-xogħol tal-artisti.

Għal aktar informazzjoni dwar il-Pjattaforma tal-KulturaUSaħħa, tista’ tikkonsulta l-vidjo tal-avveniment tat-tnedija online. Kollezzjoni ta’ proġetti fl-oqsma tal-kultura, saħħa, u benessri jistgħu jinsabu fid-database tal-immappjar tal-CultureForHealth.

Bħala parti mill-inizjattivi tal-pjattaforma lokali, ARC Research & Consultancy, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Arti (minn dan il-punt ’il quddiem riferuti bħala l-entitajiet tal-finanzjament) qed iniedu fond li fil-mira tiegħu se jkollu artisti emerġenti Maltin u artisti bbażati f’Malta kif ukoll professjonisti kreattivi fil-qasam intersettorjali tal-kultura, saħħa, u kura.

L-iskema hija appoġġjata b’mod ugwali mill-Kunsill Malti għall-Arti (permezz ta’ fondi allokati mill-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali) u l-ARC Research & Consultancy (permezz ta’ fondi allokati mill-Unjoni Ewropea).

F’konformità ma’ waħda mit-temi ewlenin tal-KMA li tiffoka fuq il-kura, dan il-fond huwa għodda biex ikompli jappoġġja s-setturi kulturali u kreattivi billi:

  • Irawwem kollaborazzjonijiet intersettorjali fuq livelli lokali u nazzjonali biex jappoġġjaw l-interesezzjoni bejn il-kultura, saħħa, u kura.
  • Irawwem interess fil-kultura, saħħa, u kura bħala intersezzjoni li tappoġġja l-benessri olistiku u soċjetajiet prosperużi.
  • Jesplora l-effetti pożittivi t’attivitajiet tal-arti u dawk kulturali fuq is-saħħa u l-benessri
  • Jappoġġja l-iżvilupp tal-artisti u l-professjonisti kreattivi impenjati fl-esplorazzjoni ta’ dan il-qasam
  • Jiffaċilita l-ħolqien ta’ proġetti, programmi, u pjattaformi li jippermettu lil artisti emerġenti sabiex jinteraġġixxu ma’ komunitajiet speċifiċi, oqsma tal-kura tas-saħħa, u/jew kundizzjonijiet ta’ saħħa ta’ sfida permezz tal-prattika artistika tagħhom.
  • Jibni u jsaħħaħ sħubiji strateġiċi, kollaborazzjonijiet, u netwerks, kemm fuq livell nazzjonali u internazzjonali, sabiex jippermetti opportunitajiet sostenibbli u soluzzjonijiet sistematiċi fit-tul fl-intersezzjoni bejn il-kultura u s-saħħa.
  • Jagħti valur u pożizzjoni aktar promettenti lid-diversità tal-espressjoni artistika u kulturali, kif ukoll l-aċċess u l-parteċipazzjoni fl-istess bħala parti integrali għall-ekoloġija kulturali u kreattiva aktar wiesa’ ta’ Malta.

Din l-iskema tirrikonoxxi l-potenzjal tal-intersezzjoni bejn il-kultura, is-saħħa, u l-kura sabiex tappoġġja l-benessri olistiku, il-prevenzjoni tal-mard, u proċessi ta’ kura, kif ukoll komunitajiet aktar b’saħħithom u f’saħħithom. Filwaqt li tirrikonoxxi l-valur ta’ kull forma ta’ prattiċi u interventi fil-qasam tal-kultura u s-saħħa, din l-iskema speċifikament se tipprijoritizza inizjattivi mmexxija minn artisti li joperaw f’din l-intersezzjoni. It-tipi ta’ proġetti li dan il-fond għandu l-mira li jgħin huma deskritti taħt is-sezzjonijiet ‘L-1 Fergħa’ u ‘It-2 Fergħa’.

Din l-iskema se tkun maqsuma f’żewġ fergħat.

L-1 Fergħa – Mobbiltà ta’ tagħlim internazzjonali

Din l-iskema toffri opportunità għal artisti emerġenti sabiex jipparteċipaw f’opportunitajiet internazzjonali ta’ shadowing/mentoraġġ sabiex jiġi appoġġjat l-iżvilupp u l-iskambju t’għarfien għal artisti emerġenti f’dan il-qasam.

Din il-fergħa se tippermetti lil individwi sabiex jesprimu l-interess tagħhom f’, kif ukoll jiriċevu appoġġ għal, parteċipazzjoni f’opportunitajiet internazzjonali defenuti minn qabel ta’ tagħlim u netwerking fil-qasam intersettorjali tal-kultura u saħħa, kura, u s-setturi soċjali. L-applikanti huma mistiedna sabiex jagħżlu waħda mill-opportunitajiet segwenti u biex ċarament jiġġustifikaw ir-raġunament għall-għażla tagħhom billi jagħmlu referenza diretta għall-prattika tagħhom u l-interessi ta’ riċerka attwali tagħhom.

Is-segwenti huma dettalji dwar kull opportunità ta’ mobbiltà offruta. L-applikanti huma meħtieġa li jikkuntattjaw l-ospitanti sabiex jiddiskutu l-parteċipazzjoni tagħhom sabiex jakkwistaw ittra t’intenzjoni:

L-1 Opportunità: Il-Forum ta’ Kultura u Saħħa f’Vjenna (Awstrija) fl-2026

Bejn is-7 u l-11 ta’ Settembru 2026, il-Pjattaforma tal-Kultura u s-Saħħa se tkun qed torganizza konferenza oħra li se ġġib flimkien imsieħba, partijiet interessati, u prattikanti kreattivi li jaħdmu fl-intersezzjoni bejn il-kultura u s-saħħa. Il-konferenza se tkun organizzata minn membri tal-pjattaforma tal-Arti għas-Saħħa tal-Awstrija (Arts for Health Austria) u se tinkludi firxa t’attivitajiet differenti, inkluż netwerking u skambji, taħriġ, u preżentazzjonijiet. Il-pjattaforma hija ideali jekk qed tfittex li titgħallem aktar dwar xejriet attwali fil-kultura u s-saħħa, jekk qed tfittex li testendi l-konnessjonijiet, sħubijiet, u proġetti internazzjonali tiegħek, u jekk int interessat sabiex testendi l-prattika tiegħek fl-intersezzjoni bejn l-arti u s-saħħa.

Aktar informazzjoni hija disponibbli hawnhekk: https://www.cultureandhealth.eu/events/culture-and-health-forum/
Sabiex tagħmel kuntatt mal-ospitant u tiddiskuti l-parteċipazzjoni potenzjali tiegħek, jekk jogħġbok ikkuntattja [email protected]. Fis-suġġett tiegħek indika ċarament li l-korrispondenza tiegħek tirrigward l-Pjattaforma tal-Fond għall-Kultura u s-Saħħa għall-Gżejjer Maltin.

It-2 Opportunità: Opportunità individwali ta’ shadowing ma’ Saaramaija Żórawski

Din l-opportunità ta’ shadowing toffri esperjenza ta’ tagħlim bejn il-pari ta’ ħamest ijiem fil-Finlandja, f’Settembru 2026, u tikkombina osservazzjoni, parteċipazzjoni, u skambju riflessiv fi ħdan kuntesti ta’ kura tas-saħħa u kura. Il-programm jinkludi preparazzjoni u parteċipazzjoni f’sessjoni ta’ grupp f’ċentru tal-kanċer, ħidma ta’ żvilupp kreattiv ma’ diskussjonijiet ta’ mentoraġġ, u involviment ta’ jum sħiħ f’dar tal-kura, konkluż b’sessjoni ta’ riflessjoni.

Profil

Saaramaija Żórawski hija mużiċista u pedagogu tal-mużika, bil-prattika tagħha twaħħad kompożizzjoni, prestazzjoni, u metodi parteċipattivi f’sptarijiet, djar għall-kura, u spazji komunitarji. Hi taħdem bil-metodu—żviluppat minnha stess—ta’ Ääneen Laulettu (“Sung Out Loud”), li jikkombina mużika, kitba kreattiva, u espressjoni artistika sabiex tappoġġja proċessar emozzjonali u sabiex issaħħaħ il-konnessjoni umana.

Fil-proġett riċenti tagħha fiċ-Ċentru tal-Kanċer tal-Isptar Universitarju ta’ Ħelsinki, Saaramaija applikat il-metodu tagħha ta’ Ääneen Laulettu għal adulti żgħar li qed jirkupraw minn trattament ta’ kanċer. Permezz ta’ mużika, kitba, u ħolqien t’arti kollaborattiva, il-parteċipanti esploraw l-esperjenzi tagħhom, naqqsu s-sens t’iżolazzjoni, u ħolqu fehim komuni matul tranżizzjoni vulnerabbli f’ħajjithom.

Dan il-proġett jikkontribwixxi wkoll għal mudell ta’workshop ibbażat fuq il-mużika għal ambjenti ta’ sptarijiet u jippromwovi l-integrazzjoni t’approċċi bbażati fuq l-arti f’ambjenti tal-kura tas-saħħa. Ix-xogħol ta’ Saaramaija jitfa’ dawl fuq il-potenzjal tal-mużika sabiex irawwem il-benessri, jappoġġja s-saħħa mentali, u jibni l-komunità f’kuntesti kliniċi.

Sabiex tagħmel kuntatt mal-ospitant tiegħek u tiddiskuti l-parteċipazzjoni potenzjali tiegħek, jekk jogħġbok ikteb lil: [email protected].

It-3 Opportunità: Opportunità individwali ta’ shadowing ma’ Rita Winde u Joanne Thede

Din l-opportunità ta’ shadowing toffri żjara ta’ tagħlim ta’ tlett ijiem fl-Isvezja (Helsingborg) fil-ħarifa, tentattivament f’Settembru. L-artist magħżul se josserva u jipparteċipa f’prattiċi t’arti fil-kura, inkluż jattendi workshop f’djar tal-anzjani, jitgħallem dwar metodi u materjali lokali, jiltaqa’ m’artisti u spazji kulturali, u jżur istituzzjonijiet tal-arti reġjonali.

Profil – Rita Winde:

Rita toħloq proġetti parteċipatorji li jistiednu riflessjoni kollettiva. B’dan il-proġett, hi tiżviluppa workshops tat-tpinġija għal nies bid-dimensja, il-familji tagħhom u l-istaff, u tesplora kif l-arti tista’ tbiddel interazzjonijiet f’kuntesti ta’ kura.

Rita Winde hija pittriċi u artista performattiva Svediża bbażata fin-nofsinhar tal-Isvezja. Hija kisbet MFA mill-Akkademja tal-Arti ta’ Valand u taħdem kemm f’studjo u spazji pubbliċi sabiex tesplora s-soċjetà, l-istorja, u r-relazzjonijiet. F’proġetti bħal edithforce, hi toħloq esperjenzi parteċipatorji li jipprovokaw mistoqsijiet bħal “Għala qiegħda l-mod kif qiegħda?” u “X’nistgħu nagħmlu?” Ix-xogħol viżwali u performattiv tagħha jistieden l-udjenzi f’proċessi komuni u jinkuraġġixxi riflessjoni u involviment kollettiv.

Hi tiżviluppa workshops ta’ tpinġija li jinvolvu nies b’dimensja, staff, u membri familjari. Hija tixtieq tesplora kif interazzjonijiet bejn individwi jinbidlu meta l-ħolqien artistiku jiġi introdott f’faċilità residenzjali għal individwi b’nuqqasijiet konjittivi.


Joanna Thede:
Imwielda fl-1969, Joanna Thede għexet nofs ħajjitha f’villaġġ żgħir antik tas-sajd jismu Råå, fin-nofsinhar ta’ Helsingborg fl-Isvezja. Għexet ukoll erba’ snin fit-Tanżanija bħala tifla, kif ukoll fi Franza, id-Danimarka, u l-Iskozja bħala adulta żgħira. Joanne Thede studjat il-lingwi u l-istorja tal-arti qabel ma daħlet fl-Iskola tal-Arti ta’ Glasgow, fejn gradwat mid-Dipartiment tal-Iskultura fl-2003.

Hija attendiet ukoll korsijiet tal-arti (fine art) fl-Università ta’ Malmö u l-Kulleġġ Universitarju tal-Arti, is-Snajja, u d-Disinn ta’ Stokkolma. Ilha taħdem bħala artista sa mill-2003, b’mod ewlieni fl-installazzjonijiet tad-dwal, u għamlet diversi xogħlijiet t’arti pubblika. Matul dan iż-żmien, hija ħadmet ukoll f’klassi tal-arti għal tfal u żgħażagħ, u bl-arti f’sptarijiet. Joanna Thede rċeviet diversi għotijiet mill-Kumitat tal-Għotjiet tal-Arti Svediż u min-Nordic Culture Point. Hija esebiet fl-Iskozja, l-Irlanda, l-Estonja, il-Litwanja, il-Greċja, il-Ġermanja, l-Ungerija, u l-Indja, kif ukoll f’pajjiżi Nordiċi, u hija wkoll irrappreżentata minn kollezzjonijiet privati fit-Tanżanija u l-Afrika t’Isfel.

Sabiex tagħmel kuntatt mal-ospitant biex tiddiskuti l-parteċipazzjoni potenzjali tiegħek, jekk jogħġbok ikteb lil: j[email protected].

It-2 Fergħa – Implimentazzjoni tal-Proġett

Din l-iskema toffri lil artisti emerġenti l-possibbiltà li jipproponu proġetti, immexxija minn artisti emerġenti f’dan il-qasam, għall-promozzjoni tat-titjib tal-kwalità tal-ħajja u aċċess kulturali f’kuntesti ta’ kura tas-saħħa jew ta’ kura soċjali.

Din il-fergħa tappoġġja proġetti u/jew programmi li jġibu flimkien professjonisti u organizzazzjonijiet fost is-setturi tal-arti, saħħa, u dawk soċjali bl-għan li tappoġġja proġetti kreattivi ddisinjati sabiex iwettqu benefiċċji tas-saħħa u l-benessri. Il-proġetti jistgħu jinkludu:

  • Programmi t’arti parteċipatorja għal persuni li qed jesperjenzaw mard fiżiku u mentali, kif ukoll proġetti ffukati fuq prevenzjoni, f’ambjenti differenti.
  • Arti f’ambjenti ta’ kura tas-saħħa, inkluż proġetti ddisinjati sabiex itejbu ambjenti ta’ kura tas-saħħa u jappoġġjaw il-benessri tal-istaff u l-pazjenti.
  • Produzzjonijiet f’ambjenti ta’ kura ta’ saħħa: dawn jistgħu jinkludu prestazzjonijiet, installazzjonijiet, u esebizzjonijiet li jappoġġjaw il-benessri ġenerali u jitfgħu dawl fuq kwistjonijiet relatati mas-saħħa.
  • Residenzi artistiċi f’ambjenti ta’ kura tas-saħħa jew ta’ kura soċjali.
  • Attività ta’ riċerka bbażata fil-prattika.

Il-proġetti se jaraw li jintegraw prattiċi artistiċi ġodda—jew isaħħu programmi eżistenti—fi ħdan komunitajiet lokali u strutturi stabbiliti, sabiex irawmu konnessjonijiet u sostenibbiltà fit-tul. Se jaraw ukoll li jiżviluppaw ix-xogħol tal-artisti emerġenti involuti.

L-entità/organizzazzjoni tal-kura tas-saħħa jew dik soċjali li se tkun qed tissieħeb għal dan il-għan trid tkun ikkuntattja qabel l-istadju tal-applikazzjoni. L-ospitant irid jiffirma ittra t’intenzjoni li trid tiġi sottomessa mal-applikazzjoni. L-organizzazzjoni msieħba ma tistax tkun entità kulturali (oħra), iżda trid speċifikament tkun entità/organizzazzjoni ta’ kura ta’ saħħa jew ta’ kura soċjali.

Fil-każ tat-2 Fergħa, applikazzjonijiet sottomessi jistgħu:

  • Jiffurmaw minn proġett/korp ta’ xogħol aktar wiesa’;
  • Jkunu proġetti awtonomi;
  • Jikkonsistu f’serje ta’ proġetti fi ħdan programm t’attivitajiet

F’konformità mal-istrateġija attwali u mal-impenn tal-KMA biex jappoġġja l-arti, biex jadotta approċċ sostenibbli u kontabbli għall-investiment pubbliku, il-KMA jiġbed l-attenzjoni tal-applikanti għas-segwenti, f’konformità mal-istrateġija attwali tiegħu:

Fl-iżvilupp tal-applikazzjoni tagħhom, l-applikanti huma mitluba sabiex isegwu l-gwida pprovduta fid-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi, b’enfasi partikolari fir-riwgard tal-involviment tal-komunità u l-addozzjoni t’approċċ ibbażat fuq id-drittijiet fix-xogħol tagħhom. Il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-mira li jżid l-għarfien rigward l-inklussività, u biex jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ drittijiet kulturali fil-prattika ta’ kuljum.

Meta jkunu qed jipproponu l-attivatijiet operazzjonali u programmatiċi, l-applikanti għandhom ukoll jikkunsidraw il-Karta tal-Istatus tal-Artist sabiex jiżguraw kundizzjonijiet t’impjieg aċċettabbli u diċenti għall-artisti u prattikanti fis-setturi kulturali u kreattivi, jabbraċċaw il-libertà artistika, aċċessibbiltà, rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/mhux formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi diċenti, in-nondiskriminazzjoni u ewkità, kunsiderazzjonijiet etiċi, u aderanza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi tal-impjieg internazzjonali. Il-Karta tal-Istatus tal-Artist hija intiża li tipprovdi qafas ta’ referenza dinamiku għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li direttament jew indirettament timpatta l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni hija allinjata mal-viżjoni fit-tul aħħarija u cioè dik li jiġi elevat l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

Applikanti jridu jkunu artisti emerġenti Maltin jew ibbażati f’Malta (jekk jogħġbok irreferi għad-definizzjoni fit-2 Sezzjoni) li jikkwalifikaw bħala:

  • Professjonisti kreattivi/artisti individwali

Jekk jogħġbok irreferi għad-9 Sezzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida u Regolamenti għal aktar informazzjoni rigward l-appikabbiltà tar-regoli tal-għajnuna tal-istat għal applikanti/proġetti.

Applikanti jridu jkunu artisti emerġenti Maltin jew ibbażati f’Malta (jekk jogħġbok irreferi għad-definizzjoni fit-2 Sezzjoni) li jikkwalifikaw bħala wieħed mis-segwenti:

  • Professjonisti kreattivi/artisti individwali
  • Entitajiet reġistrati mar-Reġistru tan-Negozji ta’ Malta (inkluż kumpaniji, sħubijiet, fondazzjonijiet, u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet);
  • Gruppi, kollettivi, u konsorzja;
  • Koperattivi reġistrati;
  • Organizzazzjonijiet volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

F’każ t’entitajiet, gruppi, kollettivi, konsorzja, koperazzjonijiet, u organizzazzjonijiet volontarji, l-applikazzjoni trid tindika l-artisti emerġenti li jmexxu l-proċess.

Jekk jogħġbok irreferi għad-9 Sezzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida u Regolamenti għal aktar informazzjoni rigward l-appikabbiltà tar-regoli tal-għajnuna tal-istat għal applikanti/proġetti.

Fergħa 1 u l-Fergħa 2, u kopja tal-applikazzjoni għall-Fergħa 1 u l-Fergħa 2.Niżżel il-linji gwida għall-Fergħa 1 u l-Fergħa 2, u għal kopja tal-applikazzjoni għall-Fergħa 1 u l-Fergħa 2.

Skadenza għall-applikazzjoni: 7 ta’ April 2026

Fergħa 1

Beneficiary: Emma Maria Grima

Reference number: CAH112-26-8711

Project Title: We Are Positive

Amount awarded: €1,470

I am a Maltese interdisciplinary artist and campaign specialist working at the intersection of culture and health. My practice combines visual storytelling, audio-visual media, and communication strategy to address sexual and reproductive health and rights (SRHR) and gender equality. I am currently leading We Are Positive, a campaign developed in collaboration with Checkpoint Malta, which uses artistic interventions to build community among people living with HIV and reduce stigma. The project has contributed to national policy shifts, including the introduction of free PrEP and PEP. We are now developing the fourth phase: a documentary and interactive digital platform sharing the lived experiences of HIV in Malta. Attending the Culture and Health Forum in Vienna will allow me to present this work in progress, exchange knowledge, and build transnational collaborations. As an emerging artist, I aim to expand my network and further develop my practice within art and health.

 

 

Beneficiary: Gabriel Agius Pascalidis

Reference number: CAH113-26-8730

Project Title: Opportunity 2: One-to-one shadowing opportunity with Saaramaija Zorawski

Amount awarded: €2,151

This mobility opportunity will provide the applicant – an emerging community musician – with a five-day peer-learning shadowing experience in Finland that combines observation, participation, and reflective exchange within healthcare and care environments. It includes preparatory activities, a group session at a cancer centre, creative development with mentoring discussions, and a full-day placement in a care home, concluding with reflection. The programme is centred on the work of Saaramaija, a musician and pedagogue who integrates composition, performance, and participatory arts in clinical and community settings. Her recent project at Helsinki University Hospital’s Cancer Center engaged young adults recovering from cancer through music, writing, and collaborative art, helping reduce isolation and foster shared meaning. The applicant will benefit from hands-on experience supporting the development of music-based workshop models in hospitals and promoting arts-based approaches to enhance well-being, mental health, and community in healthcare contexts.

 

 

Beneficiary: Benjamin Cachia

Reference number: CAH105-26-8166

Project Title: Enhancing the power of music in healthcare

Amount awarded: €2,110

This project involves shadowing musician and pedagogue Saaramaija Żórawski, whose work combines voice-based and participatory methods in therapeutic and community settings. Focusing on approaches like Sang Out Loud, the project explores how composition, performance, and collective music-making can support cancer patients in hospitals, nursing homes, and community spaces, while deepening understanding of music as a tool for care and connection.

 

 

Beneficiary: Rebecca Camilleri

Reference number: CAH114-26-8769

Project Title: Caring for Community with Embodied Arts and Therapeutic Practice

Amount awarded: €2,079

This project is a five-day international learning mobility in Finland with artist Saaramaija Zorawski is centred on a one-to-one shadowing experience within healthcare and community care contexts. It is designed to support Rebecca Camilleri’s professional development expanding her approach bridging psychotherapy and movement in care environments.The programme combines observation, participation, and reflective exchange across care homes, an inclusive community choir, and an arts-based group process in a cancer centre. It explores how music, improvisation, and creative methods can support emotional expression, connection, and meaning-making for individuals and groups, including vulnerable populations.Through this experience, Rebecca will deepen her understanding of interdisciplinary approaches that integrate artistic and therapeutic practices. The mobility will inform and enrich her work in Malta, contributing to the development of inclusive, body-based, and creative therapeutic spaces that foster well-being, relational awareness, and community connection.

 

Beneficiary: Eve Cocks

Reference Number: CAH107-26-8383

Project Title: Shadowing opportunity

Amount awarded: €1,190

This international learning mobility involves a five-day job shadowing experience with musician and pedagogue Saaramaija Żórawski in Finland, to take place in April or May 2027. The programme takes place across healthcare and care settings, including a cancer centre and care homes. The experience combines observation, participation, and reflective exchange, offering insight into Saaramaija’s Ääneen Laulettu (“Sung Out Loud”) method, which integrates music, creative writing, and participatory practices to support emotional expression and well-being. As an artist working with somatic movement and performance in relation to trauma and lived experience, this opportunity will allow me to expand my practice into new contexts and methodologies, particularly within healthcare environments. The mobility will also foster a peer exchange between music-based and movement-based practices, contributing to my ongoing development within the field of culture, health, and well-being.

 

Fergħa 2

Beneficiary: Douglas Comley

Reference number: CAH215-26-8768

Project Title: DANCE FOR RECOVERY

Amount awarded: €9,000

Dance for Recovery offers significant benefits for both service users and mental health staff by integrating creative practice into care. Through guided movement and music, participants gain tools for emotional expression, stress reduction, sensory regulation, and improved physical wellbeing. The project fosters a supportive and inclusive environment that encourages confidence, connection, and personal recovery. It also strengthens collaboration between the cultural and health sectors, bringing together local and internationally experienced artists with mental health services. Staff benefit from increased awareness of how creative approaches can enhance therapeutic outcomes and support holistic care. Additionally, the initiative contributes to the professional development of artists working at the intersection of culture and health, while promoting the value of artistic participation within Malta’s wider cultural landscape. Overall, it demonstrates how the arts can play a vital role in improving wellbeing, enhancing care practices, and building more connected, resilient communities.

 

 

Beneficiary: Sarah Vella

Reference number: CAH206-26-8488

Project Title: Bringing the HeART to Rehab

Amount awarded: €9,000

Bringing the HeART to Rehab project offers meaningful emotional, social, and creative benefits to people in rehabilitation. Through movement, story-telling, and reflective journaling, participants are supported to rebuild confidence, reconnect with their bodies, process and express emotions in safe and creative ways. The project helps reduce feelings of isolation and strengthens participants’ sense of identity beyond addiction by creating a supportive space where they are seen as individuals with creativity, imagination, and personal stories. It also encourages social connection, trust, and a sense of belonging within the group. Beyond the individual benefits, the project supports a holistic approach to rehabilitation in Malta by showing how participatory arts can contribute positively to wellbeing, recovery, and emotional resilience and how this can work hand-in-hand with the services already provided. The initiative also strengthens collaboration between artists and rehabilitation professionals and hopes to pave the way to bringing arts-based practices to such settings.

 

 

Beneficiary: Franciska Stefania Kovessi

Reference number: CAH202-26-8043

Project Title: 2Gether We Create: Participatory Arts for Well-being and Community Connection

Amount awarded: €8,200

2Gether We Create is a community-based arts and wellbeing initiative developed in collaboration with the St Jeanne Antide Foundation. The project supports adults experiencing social isolation, emotional strain, or life circumstances that limit opportunities for meaningful social interaction, including those navigating caregiving responsibilities, health challenges, or personal transitions. Through a series of participatory sessions, the programme combines movement and drawing to encourage creative expression, emotional awareness, and social connection. Guided imagery and gentle, accessible movement are translated into visual forms, creating an ongoing dialogue between body, mind, and creativity. The project prioritises inclusion, shared experience, and personal exploration rather than artistic skill, offering a safe and supportive environment where participants can reconnect with themselves and others. By fostering creativity, reflection, and interaction, 2Gether We Create promotes emotional wellbeing, strengthens social bonds, and highlights the role of participatory arts in supporting healthier, more connected communities.

 

 

Skip to content