Amministratur tal-Appoġġ (Finanzjament) fi ħdan il-Kunsill Malti għall-Arti
Deskrizzjoni tas-Servizz
Il-Kunsill Malti għall-Arti qiegħed ifittex biex jingaġġa s-servizzi t’individwu bħala Amministratur tal-Appoġġ sabiex jaħdem fil-qrib mat-Tim ta’ Finanzjament tal-Kunsill. L-Amministratur tal-Appoġġ se jassisti lid-Direttur (Finanzjament) u l-Kap (Finanzjament) fl-amministrazzjoni tal-portafoll ta’ finanzjament tal-KMA.
Dmirijiet u Responsabbiltajiet Ewlenin
- Tassisti lit-tim ta’ finanzjament permezz ta’ kompiti amministrattivi, li jinkludu li tirċievi u tirrikonoxxi emails;
- Tiskenja u tissejvja d-dokumenti fid-drive;
- Taġġorna l-files u d-drive regolarment bid-dokumentazzjoni neċessarja;
- Tmantni l-files u d-drive b’mod organizzat u taċċerta li jkunu disponibbli meta mitluba;
- Tassisti l-Kap tal-Finanzjament fil-proċess tan-notifkazzjoni tar-riżultati, fil-preparazzjoni t’ittri ta’ notifika, fil-preparazzjoni ta’ formoli ta’ rispons, u l-preparazzjoni ta’ talbiet għal akkwist;
- Regolarment taġġorna d-dokumentazzjoni u s-sistema tal-moniteraġġ bl-aġġornamenti neċessarji;
- Tevalwa rapporti finali u tiżgura konformità mal-linji gwida u regolamenti;
- Tkun vuċi għall-entità u tiżgura li relazzjonijiet tajba jiġu miżmuma mal-partijiet u l-kollaboraturi kollha;
- Tiżgura li t-telefonati u l-emails kollha jiġu mwieġba f’waqthom u jiġu rreġistrati kif xieraq;
- Tiżgura li l-klijenti, fornituri, u partijiet interessati li jikkuntattjaw lill-Kunsill Malti għall-Arti rigward materja relatata mal-finanzjament jiġu trattati b’mod professjonali u effiċjenti;
- Tikkordina ma’ dipartimenti oħra skont il-bżonn;
- Tiżgura l-kunfidenzjalità, l-aċċessibbiltà, u s-sigurtà tad-dokumentazzjoni kollha;
- Tassisti, tikkompila, tirrevedi, u tivverifika talbiet minn entrati f’linja u rappurtaġ ieħor;
- Tassisti f’kwalunkwe dmirijiet oħra skont kif mitlub mid-Direttur (Finanzjament) u l-Maniġment Anzjan;
- Twettaq dmirijiet oħra skont kif dawn ikunu assenjati minn żmien għall-ieħor.
Dmirijiet Oħra kif Assenjati
Id-deskrizzjoni tal-impjieg mhijiex neċessarjament lista eżawrenti ta’ dmirijiet iżda hija intenzjonata sabiex tirrifletti l-firxa ta’ dmirijiet li Amministratur tal-Apoġġ mistenni jwettaq. Id-deskrizzjoni tal-impjieg tista’ tiġi riveduta regolarment u tista’ tinbidel fid-dawl tal-esperjenza u f’konsultazzjoni mal-Amministratur tal-Appoġġ.
Il-fornitur tas-servizzi magħżul se jkollu jaħdem 40 siegħa fil-ġimgħa, u jkun ibbażat fil-Kunsill Malti għall-Arti. Hu/hi se jkollu sigħat ta’ xogħol flessibbli u se jkun jista’ jipprovdi s-servizzi tiegħu waqt ħinijiet mhux skedati jew mhux normali, skont l-esiġenzi tax-xogħol.
Kwalifikazzjonijiet, Ħiliet, u Esperjenza Meħtieġa
Sad-data tal-applikazzjoni, l-applikant irid ikun fil-pussess tal-kwalifikazzjonijiet u l-esperjenza segwenti bħala minimu:
- Ċertifikat tat-tmiem tal-iskola
- O’level tal-Ingliż
- O’level tal-Malti
- O’level tal-Matematika
- Profiċjenti fil-Malti u l-Ingliż
- Għarfien ġenerali tal-proċeduri tal-uffiċċju
- Ħiliet organizzattivi u amministrattivi b’saħħithom u attenzjoni għad-dettall
- Ħiliet interpersonali u tas-servizzi tal-klijenti eċċellenti
- L-abbiltà li jaħdem taħt pressjoni u jwettaq diversi kompiti simultanjament u li juża approċċ ta’ tim biex isolvi problemi skont il-bżonn
- Ir-rieda li jitgħallem sabiex jespandi l-għarfien tiegħu/tagħha
- L-abbiltà li jaħdem b’mod awtonomu bi ftit jew mingħajr superviżjoni
Informazzjoni dwar Kuntratt u Salarju
Il-kandidati magħżula se jingħataw kuntratt ta’ servizz ta’ tliet (3) snin, bil-possibbiltà li dan jiġġedded għal perjodu ulterjuri, skont il-prestazzjoni tiegħu/tagħha.
Ikun iwieġeb lid-Direttur (Finanzjament) u Kap (Finanzjament) tal-Kunsill Malti għall-Arti u jopera b’sigħat flessibbli sabiex ilaħħaq mat-talbiet u r-rekwiżiti tal-pożizzjoni, u l-kandidat magħżul se jkun mistenni jaħdem fi ħdan ir-regoli u r-regolamenti tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.
Ir-remunerazzjoni hija dik ta’ EUR25,000 (eskluż il-VAT iżda inkluż kwalunkwe taxxi u miżati oħra) fis-sena għal 40 siegħa fil-ġimgħa.
Il-pagamenti se jkun ipproċessati kull xahar mill-Kunsill Malti għall-Arti malli dan jirċievi rċevuta ta’ fattura b’numru validu tal-VAT.
Eliġibbiltà
Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:
(a) ċittadini ta’ Malta; jew
(b) ċittadini ta’ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet t’impjieg permezz ta’ leġislazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat li jikkonċernaw il-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew
(ċ) ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet relatati mal-impjieg permezz tal-applikazzjoni ta’ dak l-istess pajjiż ta’ leġislazzjoni tal-UE jew proviżjonijiet tat-trattat li jikkonċernaw il-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew
(d) kwalunkwe persuni li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet relatati m’impjieg ai termini tal-liġi jew il-leġislazzjoni tal-UE jew proviżjonijiet tat-trattat imsemmija hawn fuq, akkont tal-fatt tar-relazzjoni familjari tagħhom ma’ persuni msemmija f’paragrafi (a), (b), jew (ċ); jew
(e) ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw status ta’ resident fit-tul f’Malta taħt ir-regolament 4 ta’ “Status of Long-Term Residents (Third Country Nationals) Regulations, 2006”, jew li ngħataw permess ta’ residenza taħt regolament 18(3) tal-istess, flimkien ma’ membri tal-familja tal-istess ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ngħataw permess ta’ residenza taħt il-“Family Reunification Regulations, 2007”; jew
(f) persuni fil-pussess ta’ dokument tar-residenza maħruġ ai termini tar-Residence Status of United Kingdom Nationals and their Family Members in Malta f’konformità mal-Ftehim tal-Irtirar tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mir-Regolamenti tal-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
Il-parir tad-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u Affarijiet tal-Espatrijati fi ħdan l-aġenzija Identità Malta għandu jiġi miksub skont il-bżonn fl-interpretazzjoni ta’ dawn il-proviżjonijiet t’hawn fuq.
Il-ħatra tal-kandidati riferuta f’punti (b), (ċ), (d), (e), u (f) hawn fuq tkun tinneċessita l-ħruġ ta’ liċenzja tal-impjieg skont kif mitlub mill-Att tal-Immigrazzjoni u leġislazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandu jiġi kkonsultat skont il-bżonn fuq din il-kwistjoni.
Kif Tapplika
Applikanti interessati għandhom jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV u kopji taċ-ċertifikati lil: [email protected].
Id-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet hija l-Ġimgħa, l-20 ta’ Frar 2026, f’nofsinhar.
Applikanti eliġibbli se jintalbu jattendu intervista ta’ selezzjoni.