Sejħa għal Servizz: Eżekuttiv(a) (Komunikazzjoni) mal-Kunsill Malti għall-Arti

Artwork title, Artist name, YYYY

Published on 14 November 2025

B’ħidma mill-qrib u taħt is-superviżjoni tal-Kap tal-Komunikazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti, l-Eżekuttiv(a) (Komunikazzjoni) se j/tikkontribwixxi għall-viżjoni tal-istrateġija tal-Komunikazzjoni u l-Marketing tal-Kunsill Malti għall-Arti.

Ir-Responsabbiltajiet Ġenerali

  • · Tassisti fl-iżvilupp u l-immaniġġjar tal-istrateġija tal-komunikazzjoni u l-marketing tal-Kunsill Malti għall-Arti sabiex issaħħaħ u tmantni r-reputazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti bħala mexxej proattiv, li jifhem, u viżjunarju fis-setturi kulturali u kreattivi Maltin.
  • · Tassisti fl-iżvilupp ta’ pjanijiet dettaljati għat-tim tal-Komunikazzjoni u Senserija u timmonitorja ħidmietu
  • · Torganizza, timmaniġġa u tmantni l-ħidma amministrattiva tat-tim tal-Komunikazzjoni u Senserija
  • · Tassisti internament u esternament fl-immaniġġjar u t-twassil tar-relazzjonijiet mal-midja u attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi tal-Kunsill Malti għall-Arti, filwaqt li tikkontribwixxi lejn l-iżvilupp u l-appoġġ ta’ relazzjonijiet professjonali u trasparenti mal-midja lokali, nazzjonali u internazzjonali fil-kanali diġitali u tradizzjonali.
  • · Flimkien mat-tim tal-Komunikazzjoni tal-KMA, tiżviluppa u timmaniġġa kampanji ta’ marketing, midja u relazzjonijiet pubbliċi sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni kontinwa, fil-ħin u ta’ kwalità għolja mill-pubbliku fl-attivitajiet tal-Kunsill Malti għall-Arti li huma relatati mal-funzjonijiet ewlenin tiegħu fl-investiment, l-appoġġ, l-iżvilupp, ir-riċerka u l-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi Maltin.
  • · Tgħin fl-immaniġġjar tal-ippjanar u t-twassil ta’ kampanji tal-midja soċjali, inkluż in-newsletter tal-KMA biex tiġi żgurata komunikazzjoni regolari u aċċessibbli mal-azzjonisti esterni tal-KMA.
  • · Tiżgura li l-għodod ta’ komunikazzjoni tal-KMA bħala parti mill-isforzi tiegħu fil-parteċipazzjoni tal-pubbliku jkunu aċċessibbli għal gruppi soċjali differenti u tidentifika nuqqasijiet ta’ aċċessibbiltà fil-komunikazzjoni permezz tal-involviment ta’ esperti, kif meħtieġ.
  • · Tagħti pariri u timmaniġġa l-iżvilupp, il-produzzjoni u t-tixrid tal-pubblikazzjonijiet u l-materjal promozzjonali tal-Kunsill Malti għall-Arti għal parteċipazzjoni tal-pubbliku.
  • · Tassisti fil-preparazzjoni ta’ rapporti dwar il-KMA u l-istrateġija ta’ komunikazzjoni għall-maniġment superjuri u l-Bord tad-Diretturi tal-KMA, il-Ministeru responsabbli għall-Kultura u għal partijiet interessati oħrajn.
  • · Tassisti t-tim tal-Komunikazzjoni fl-immaniġġjar tal-kontenut fuq is-sit web tal-Kunsill Malti għall-Arti kif ukoll tikkontribwixxi fl-iżvilupp tiegħu sabiex tiżgura li jibqa’ għodda ta’ riċerka informattiva u interattiva, rilevanti u dinamika.
  • · Tippjana, tikkoordina, tippromwovi u tappoġġa avvenimenti biex iżżid l-għarfien dwar il-KMA, iżżid l-ilħuq tiegħu u tiffaċilita l-komunikazzjoni bejn l-imsieħba, l-azzjonisti u r-rappreżentanti tiegħu tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż l-avvenimenti annwali tal-premjijiet.
  • · Tassisti fl-immaniġġjar u t-twassil tal-midja u ta’ attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi tal-KMA fuq kanali tal-midja, stqarrijiet tal-aħbarijiet, briefings bejn l-istaff, u messaġġi reattivi u proattivi dwar il-prijoritajiet u l-għanijiet tal-KMA.
  • · Timmaniġġa midja reattiva u mistoqsijiet ġenerali ta’ komunikazzjoni b’mod effettiv u f’waqtu.
  • · Timmonitorja u tirrapporta fuq rilaxxi, stejjer tal-aħbarijiet, intervisti fuq ir-radju u t-televiżjoni, il-kanali diġitali u l-preżenza tal-midja ġenerali tal-KMA, kif ukoll il-preżenza tal-midja tas-setturi kulturali u kreattivi, u tadatta risposti xierqa kif meħtieġ.
  • · Tikkoopera u tikkolabora ma’ kollegi fi ħdan it-tim tal-Fondi u l-Istrateġija biex tiżgura li jkun hemm konsistenza fil-messaġġi fil-kanali kollha ta’ komunikazzjoni tal-KMA.
  • · Tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-immaniġġjar tal-baġit tal-marketing u l-komunikazzjonijiet.
  • · Tipprovdi kopji konvinċenti kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż kif meħtieġ għal parteċipazzjoni mill-pubbliku filwaqt li tieħu ħsieb il-koordinazzjoni mal-fornimenti ta’ servizzi esterni.
  • · Tassisti fil-ġestjoni tat-tim tal-Komunikazzjoni tal-KMA.
  • · Tassisti fi proġetti ad hoc, kif meħtieġ.
  • Liaising with subcontractors as needed
  • Taqdi kwalunkwe dmir ieħor assenjat mill-Kap Eżekuttiv tal-KMA u l-Maniġment Anzjan.

· Tikkoopera ma’ sottokuntratturi, kif meħtieġ.

Tiffoka fuq il-kompiti tiegħek b’enerġija u motivazzjoni

Kapaċi tipprijoritizza u taħdem taħt pressjoni.

Tiġġudika b’mod independenti u divers.

Livell eċċellenti ta’ ħiliet interpersonali, u komunikazzjoni bil-kitba u orali mill-aqwa.

Ħiliet ta’ organizzazzjoni b’attenzjoni għad-dettall.

Ħila u rieda biex tivvjaġġa.

Taħdem kif meħtieġ biex jintlaħqu l-iskadenzi.

Kwalifiki u Esperjenza Meħtieġa

L-applikanti jrid ikollhom:

  • · Maġisteru rikonoxxut fil-Livell 7 tal-MQF (soġġett għal minimu ta’ 90 krettu skont l-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, f’każ ta’ programmi li bdew minn jew wara Ottubru tal-2008) fl-Istudji Umanistiċi jew kwalifika professjonali u komparabbli kif ukoll esperjenza ta’ sena (1) ta’ ħidma f’qasam relevanti.

JEW

  • · Baċellerat rikonoxxut fil-Livell 6 tal-MQF (soġġett għal minimu ta’ 180 krettu skont l-ECTS/ECVET, jew ekwivalenti, f’każ ta’ programmi li bdew minn jew wara Ottubru tal-2003) fl-Istudji Umanistiċi jew oqsma relevanti, kif ukoll esperjenza ta’ sentejn (2) ta’ ħidma f’qasam relevanti.

U JEĦTIEĠU WKOLL

  • Rekord bil-provi ta’ ħidma fis-settur kulturali;
  • Ħiliet ta’ komunikazzjoni bil-kitba u verbali kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż;
  • Għarfien tas-setturi kulturali u kreattivi;
  • Tkun networker eċċellenti;
  • Għarfien ġenerali tal-proċeduri tal-uffiċċju u tar-Regolamenti tal-Għoti ta’ Kuntratti Governattivi;
  • Ħiliet qawwija ta’ organizzazzjoni u amministrattivi u attenzjoni għad-dettall;
  • Ħiliet interpersonali eċċellenti kif ukoll fis-servizz tal-klijenti;
  • Ħila ppruvata li tosserva u tikseb ħiliet ġodda f’rabta ma’ ħiliet ta’ komunikazzjoni esterna u interna;
  • Attitudni kreattiva u l-ħila li taħdem taħt pressjoni, tlesti l-kompiti b’mod effiċjenti, u tilħaq skadenzi stretti;
  • Impenn lejn is-servizz tal-klijenti u tmexxija ta’ kwalità.

Applikanti li għandhom kwalifiki barranin jeħtieġu jipproduċu stqarrija ta’ rikonoxximent miċ-Ċentru Malti għal Rikonoxximent ta’ Kwalifiki u ta’ Informazzjoni (MQRIC) li jinsab fi ħdan il-Malta Further and Higher Education Authority (MFHEA). Din tista’ tinkiseb billi tissottometti applikazzjoni online għar-rikonoxximent tal-kwalifiki fuq https://services.mfhea.mt/CertificationApplication.aspx. Din l-istqarrija għandha tinhemeż mal-applikazzjoni waqt li l-kopja oriġinali għandha tiġi ppreżentata waqt l-intervista.

Ir-Rekwiżiti t’Eliġibbiltà

Sal-ħin u d-data tal-għeluq ta’ din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, l-applikanti jridu jkunu:

a. ċittadini ta’ Malta; jew

b. ċittadini ta’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet t’impjieg bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE jew proviżjonijiet tat-trattat li jirrelataw mal-moviment ħieles tal-ħaddiema; jew

c. ċittadini ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li huma intitolati għal trattament ugwali bħal ċittadini Maltin f’kwistjonijiet t’impjieg bis-saħħa tal-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni tal-UE u proviżjonijiet tat-trattat li jirrelataw mal-moviment ħieles tal-ħaddiema f’dak il-pajjiż; jew

d. kwalunkwe persuna oħra li għandha jedd għal trattament ugwali daqs ċittadini Maltin fi kwistjonijiet ta’ impjieg skont kif hemm fil-liġi jew fil-leġiżlazzjoni tal-UE u d-dispożizzjonijiet ta’ trattati msemmija hawn fuq, permezz tar-relazzjoni familjari tagħha ma’ persuni msemmija fil-paragrafi (a), (b) jew (ċ); jew

e. ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw status ta’ resident għal żmien twil f’Malta taħt ir-regolament 4 tar-Regolamenti dwar “Status ta’ Residenti għal Żmien Twil (Ċittadini ta’ Pajjiżi Terzi) tal-2006”, jew li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-regolament 18(3) tal-istess regolamenti, flimkien mal-membri tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw permess ta’ residenza taħt ir-Regolamenti dwar ir-Riunifikazzjoni tal-Familji, 2007”; jew

f. fil-pussess ta’ dokument ta’ residenza maħruġ ai termini ta’ ‘L-Istatus ta’ Residenza ta’ Ċittadini tar-Renju Unit u l-Membri tal-Familja tagħhom f’Malta f’konformità mal-Ftehim fuq il-Ħruġ tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mir-Regolamenti tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika’.

Il-parir tal-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Komunità Malta u l-Unit tal-Espatrijati fi ħdan Identità għandu jiġi mfittex skont il-bżonn fl-interpretazzjoni ta’ dawn il-proviżjonijiet imsemmija.

L-għażla ta’ kandidati riferuti f’(b), (c), (d), u (e) hawn fuq tkun tinneċessita l-ħruġ ta’ liċenzja tal-impjieg sa fejn din hija mitluba mill-Att tal-Immigrazzjoni u leġiżlazzjoni sussidjarja. Jobsplus għandu jiġi kkonsultat fuq dil-kwistjoni skont il-bżonn.

Kuntratt

Il-kandidat magħżul(a) j/tidħol f’Kuntratt ta’ Servizz ta’ sena (1) bil-possibbiltà li dan jiġġedded għal perjodu ieħor skont il-prestazzjoni tiegħu jew tagħha.

Il-kandidat magħżul(a) j/twieġeb lill-Kap tal-Komunikazzjoni u lill-President Eżekuttiv tal-Kunsill Malti għall-Arti, u biex j/tilħaq id-domandi u t-talbiet tal-pożizzjoni, i/trid j/taħdem sigħat flessibbli.

Il-kandidat magħżul(a) se j/tintalab j/taħdem skont ir-regoli u r-regolamenti tas-Servizz Pubbliku ta’ Malta.

Ir-rimunerazzjoni marbuta ma’ din il-pożizzjoni hija ta’ €35,000 (VAT eskluża imma tinkludi kwalunkwe taxxa jew spiża oħra) kull sena. Barra minn hekk, għat-tul ta’ żmien tal-kuntratt, il-Fornitur tas-Servizz se jirċievi Allowance ta’ Disturbanza ta’ 15% u Bonus għall-Prestazzjoni ta’ tmiem is-sena sa massimu ta’ 15% għad-diskrezzjoni tal-Kap tal-Komunikazzjoni.

Il-pagamenti jiġu pproċessatit kull xahar mill-Kunsill Malti għall-Arti mal-wasla ta’ fattura b’numru validu tal-VAT.

L-Applikazzjonijiet

Applikanti interessati għandhom jibagħtu ittra ta’ motivazzjoni flimkien ma’ CV u kopji ċċertifikati vera taċ-ċertifikati tagħhom fuq (vacancies@artscouncil.mt).

Id-data ta’ skadenza għall-applikazzjonijiet hija l-Ġimgħa, 28 ta’ Novembru 2025, f’nofsinhar.

Applikanti interessati se jintablu jattendu intervista ta’ selezzjoni.

Skip to content