1. Jiġu introdotti programmi li jinvolvu b’mod attiv parteċipanti minn diversi demografiji (età, sess, etniċità, nazzjonalità) fi ħdan id-diversi żoni reġjonali kulturali.
2. Jitrawmu sinerġiji transsettorjali fil-livelli lokali u nazzjonali biex l-arti u l-kultura jiġu rrikonoxxuti bħala essenzjali għall-benessri ta’ kulħadd.
3. Jiġu sostnuti, mibnija u mrawma sħubijiet strateġiċi, kollaborazzjonijiet u netwerks ġodda u eżistenti fuq il-livell nazzjonali li jagħtu lok għal aktar opportunitajiet għall-artisti u għall-prattikanti.
4. Jitmexxa ’l quddiem l-involviment ta’ komunitajiet diversi fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet filwaqt illi jinħolqu opportunitajiet għall-involviment u għar-responsabbiltà tal-komunità ħalli jitwessa’ l-ambitu ta’ tali involviment fl-arti u fil-kultura.
Il-Kunsill Reġjonali ser ikollu bżonn jipprovdi programm propost ta’ attivitajiet relatati b’sett ta’ objettivi komuni li jistgħu jinkludu avvenimenti, produzzjonijiet, prestazzjonijiet, esebizzjonijiet, festivals, inizjattivi kulturali komunitarji, riċerki, taħriġ u inizjattivi ta’ żvilupp ħalli jressqu ’l quddiem il-proposti tagħhom skont l-Istrateġiji Kulturali Reġjonali rispettivi. Il-programm għandu l-għan li jiffaċilita aktar kollaborazzjonijiet bejn Reġjun u operaturi kulturali għal kull proġett kulturali – sew tar-Reġjun sew jekk mhux – biex iħeġġeġ l-involviment transsettorjali.
Il-Programm Reġjonali ta’ Koperazzjoni Kulturali għandu l-għan li jinvesti f’:
· F’żieda fil-parteċipazzjoni kulturali mill-ġenerazzjonijiet u mid-demografiji kollha f’Malta u Għawdex.
· F’titjib fil-komunikazzjoni u fil-prattika tanġibbli bejn ir-Reġjuni u l-operaturi kulturali
· Fid-diversità fil-programmazzjoni kulturali u reġjonali
· F’kultura aktar rappreżentattiva tas-soċjetà Maltija inġenerali permezz tal-estensjoni tal-prattika tagħna lil hinn mit-tradizzjonali.