Qed titnieda l-iskema Servizzi waqt Attivitajiet, inizjattiva konġunta mill-Aġenzija għall-Infurzar Lokali (LESA) u l-Kunsill Malti għall-Arti, bil-għan li jiġu appoġġjati attivitajiet fil-komunità b’servizzi relatati mal-ordni pubblika, is-sigurtà u t-traffiku.
Għal din l-iskema, LESA qed timpenja ruħha li tinvesti total ta’ €600,000 fuq sentejn – bejn Lulju 2025 u Ġunju 2027.
X’tkopri l-Iskema?
L-iskema toffri għajnuna f’servizzi provduti minn:
- Il-Korp tal-Pulizija
- Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili
- LESA
Dawn is-servizzi huma relatati ma’ buon ordni, sigurtà, u mmaniġġjar tat-traffiku waqt attivitajiet li jiġu organizzati minn entitajiet mhux governattivi jew għaqdiet volontarji fil-lokalitajiet.
Kif Tapplika?
Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida. Agħfas hawn biex tapplika.