L-iskema tittratta l-Istrateġija 2025 billi timmira li tipprovdi appoġġ biex jiġu użati u aġġornati l-ispazji eżistenti għal organizzazzjonijiet/kumpaniji/individwi fis-setturi kulturali u kreattivi permezz ta’ oqfsa kollaborattivi ma’ spazji teatrali komunitarji diġà eżistenti.
L-għanijiet u l-objettivi tal-iskema huma li:
Tivitalizza l-ispazji komunitarji eżistenti biex tappoġġa l-użu mill-ġdid u l-aġġornament tal-ispazji tal-komunità teatrali eżistenti billi tittrasformahom fi spazji teatrali versatili u funzjonali li jilqgħu għall-ħtiġijiet li qegħdin jevolvu tas-setturi kulturali u kreattivi.
Trawwem sħubijiet kollaborattivi biex tistabbilixxi oqfsa kollaborattivi li jħeġġu sħubijiet bejn individwi kreattivi, gruppi, kumpaniji, organizzazzjonijiet volontarji u spazji teatrali komunitarji u biex tippermetti li l-potenzjal tal-ispazji teatrali komunitarji jsiru ċentri kulturali sostenibbli u multifunzjonali..
Ittejjeb l-aċċessibbiltà u l-inklużività biex ittejjeb l-aċċess għat-teatri u għall-ispazji kreattivi għal gruppi sottorappreżentati u emarġinati filwaqt li jiġi żgurat li dawn l-ispazji mtejba jkunu aċċessibbli għall-membri kollha tal-komunità, inklużi dawk b’ħiliet differenti.
• Issaħħaħ is-sostenibbiltà fl-infrastruttura biex tippromwovi titjib ambjentalment responsabbli filwaqt li tiżgura li t-titjib kollu tal-ispazji jkun konformi mal-istandards tal-bini ekoloġiku u jikkontribwixxi għal objettivi ta’ sostenibbiltà fit-tul.
Tagħti s-setgħa lill-ekonomiji kreattivi lokali biex tistimula l-ekonomiji lokali billi tipprovdi opportunitajiet għal professjonisti kreattivi, inklużi freelancers, biex jaċċessaw spazji mgħammra tajjeb illi jippermettulhom jiżviluppaw, jippruvaw u jippreżentaw ix-xogħol tagħhom.
Billi tallinja dawn l-għanijiet u l-objettivi mal-Istrateġija 2025 l-Iskema ta’ Appoġġ għall-Ispazji Teatrali ser trawwem ekosistema kreattiva vibranti, inklużiva u sostenibbli li tisfrutta spazji komunitarji sottoutilizzati għall-benefiċċju tas-settur kulturali usa’.
L-applikanti huma mitluba jikkunsidraw id-Dritt għall-Kultura – Pakkett ta’ Riżorsi meta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum.
L-applikanti huma meħtieġa wkoll jikkunsidraw il-Karta għall-Istatus tal-Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u deċenti għall-artisti u l-prattikanti kreattivi li jħaddnu l-libertà artistika, l-aċċessibbiltà, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.