1. Noħolqu u nsostnu programm ta’ taħriġ u żvilupp divers illi jiffoka fuq il-mentalità intraprenditorjali u fuq ilmobilizzazzjoni ta’ assi soċjali, kulturali u ekonomiċi inklużi opportunitajiet għal skambju ta’ għarfien, żvilupp ta’ ħiliet, sensibilizzazzjoni dwar il-benessri u aċċess għar-riżorsi bħal, ngħidu aħna, toolkits.
  2. Nindirizzaw sfidi infrastrutturali fiżiċi fuq livell leġiżlattiv, amministrattiv u ta’ politika bil-kollaborazzjoni ma’
    entitajiet rilevanti u bl-involviment fi proċess li jwassal għal aċċess imtejjeb u mġedded għall-infrastruttura
    eżistenti. Dan jinkludi li jiġi offrut l-appoġġ tal-KMA – f’kollaborazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet Pubbliċi Kulturali – sabiex spazji eżistenti għall-organizzazzjonijiet/kumpaniji/individwi jingħataw skop mill-ġdid u jiġu rivalutati. Dan il-proċess jinvolvi wkoll l-appoġġ tal-aċċess billi jiġu offruti rati sussidjati b’mod sostanzjali lil min ikun qed jikri dawk l-ispazji.
  3. Nagħtu s-setgħa lin-networking u lir-raggruppamenti permezz ta’ sħubiji ma’ entitajiet, gruppi u
    assoċjazzjonijiet oħrajn ħalli jiġu stimulati l-innovazzjoni u t-tkabbir tas-setturi kulturali u kreattivi.
  4. Niżviluppaw qafas għall-PCOs wara diskussjonijiet mal-partijiet interessati, inklużi s-setturi privati u volontarji. Dan il-qafas jista’ jinkludi linji gwida, riżorsi u standards fir-rigward tal-proprjetà intellettwali, talkunsiderazzjonijiet etiċi, tal-mekkaniżmi tar-remunerazzjoni u tal-ipprezzar, tal-prattiki tar-reklutaġġ u talproduzzjonijiet konġunti – ilkoll arranġamenti li kapaċi jqawwu l-prattiki tan-negozjar kollettiv. B’dan il-mod biħsiebna nħeġġu ekoloġija kreattiva iktar b’saħħitha u koerenti li tibbenefika u tagħti setgħa lil inizjattivi pubbliċi u privati.
  5. Inniedu programm ta’ residenzi artistiċi fi ħdan is-settur pubbliku usa’ biex noffru opportunità lill-prattikanti
    u l-organizzazzjonijiet sabiex japplikaw il-prattika tagħhom f’oqsma oħra u jinvolvu rwieħhom f’networks u
    introjti potenzjali ġodda.
  6. Nippromwovu u nappoġġaw il-ħolqien ta’ qafas legali għat-twaqqif u għall-operat ta’ intrapriżi soċjali fi ħdan
    is-setturi kulturali u kreattivi li jittratta l-ħtiġijiet soċjali u kulturali permezz ta’ skemi organizzattivi apposta li
    jiġġeneraw l-innovazzjoni.
  7. Inkunu mezz ta’ kuntatt għall-professjonisti li jaħdmu għal rashom billi noffru l-appoġġ fi kwistjonijiet marbutin mal-istatus tagħhom ta’ professjonisti awtonomi u nikkollaboraw mal-entitajiet rilevanti bħal Business First. Se nkunu qed nassistu wkoll lill-prattikanti kreattivi biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mal-impjieg tagħhom filwaqt li niżguraw li għandhom aċċess għall-iskemi dwar it-taxxa u s-self meħtieġa u inċentivi oħra li jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħidma kreattiva tagħhom filwaqt li niżguraw li għandhom aċċess għall-iskemi dwar it-taxxa u s-self meħtieġa u inċentivi oħra li jappoġġaw l-iżvilupp tal-ħidma kreattiva tagħhom. Dan is-servizz ikun jinkludi wkoll il-pubblikazzjoni ta’ linji gwida u toolkits li jappoġġaw kuntratti ġusti li jagħrfu u jippremjaw b’mod adegwat il-partijiet kollha tal-katina tal-valur kreattiv.
  8. Niffaċilitaw l-investiment u nappoġġaw ir-riċerka u l-iżvilupp għal intraprendituri kreattivi permezz ta’
    finanzjament dirett u avveniment regolari ta’ pitching għall-investituri li jassistu lill-prattikanti fl-innovazzjoni
    l-espansjoni u t-tkabbir tal-inizjattivi ta’ negozju kreattiv tagħhom flimkien mal-prattika artistika.
  9. Niffaċilitaw l-aċċess għal programmi ta’ inkubazzjoni kummerċjali biex nappoġġaw il-ħolqien ta’ strateġiji
    effettivi ta’ negozju u mudelli ta’ ġenerazzjoni ta’ introjtu għall-prattikanti.
  10. Ninvolvu rwieħna ma’ entitajiet pubbliċi oħrajn biex nipprovdu l-għarfien u s-sensibbiltà meħtieġa dwar iddrittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-prattikanti permezz ta’ programm regolari promozzjonali u ta’ taħriġ kif ukoll ta’ portal dedikat.
  11. Ninvolvu rwieħna fi sħubiji ma’ entitajiet iffukati fuq it-teknoloġija – bħal Tech.mt, MITA u rappreżentanti
    tas-settur privat – bil-għan li jitfassal programm ta’ żvilupp speċifiku li jappoġġa u jinċentiva lill-prattikanti
    u lill-organizzazzjonijiet billi jimmassimizza l-ħiliet diġitali u teknoloġiċi fl-istrateġiji, fil-mudelli kummerċjali,
    fl-operazzjonijiet u fl-ipprogrammar li jħaddmu.
Skip to content