Ir-riċerka u l-evalwazzjoni

Ir-riċerka kienet fil-qalba tal-operat tagħna matul dawn l-aħħar sitt snin u ser tkompli ssawwar id-direzzjoni tal-ħidma tal-kunsill malti għall-arti fis-snin li ġejjin. ir-riċerka hija qasam partikularment kruċjali peress li min-natura tagħha mhix sfera ta’ attività awtonoma iżda waħda li tappoġġa u tħalli impatt fuq għadd kbir ta’ oqsma li ser nittrattaw matul dan il-perjodu.

Dan huwa partikularment pertinenti meta niddiskutu r-riċerka fil-kuntest tal-ippjanar strateġiku tal-KMA. L-għan tar[1]riċerka bħala qasam strateġiku huwa li trawwem kultura interna ta’ aċċess miftuħ, kritika u analiżi li tippermettilna nieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar l-operazzjonijiet, is-sħubiji u l-iżvilupp ġejjiena tagħna fl-oqsma kollha tal-ħidma tagħna. L-għarfien żviluppat permezz tal-programm ta’ riċerka tal-KMA għandu l-għan li jrawwem fehim iktar sħiħ tar[1]rwol kruċjali li għandhom l-arti u l-kultura fl-iżvilupp soċjoekonomiku futur ta’ Malta. Il-ħidma tagħna tfittex li tidentifika u tagħti importanza lil tendenzi jew xejriet eżistenti ta’ mġiba u attività fis-setturi kulturali u kreattivi kif ukoll il-kisba ta’ għarfien aktar kumpless rigward l-istatus tal-artisti u tal-prattikanti kreattivi.

Ir-riċerka, tittratta liema kwistjoni tittratta – fosthom dawk relatati mal-parteċipazzjoni tal-udjenza, l-attività kreattiva, l-edukazzjoni, l-internazzjonalizzazzjoni jew inkella l-produzzjoni ekonomika – tippermettilna niżviluppaw fehim aktar rikk u b’aktar sfumaturi dwar kif qiegħed jiżviluppa s-settur u dwar l-isfidi li jaffrontaw l-artisti u l-prattikanti kreattivi fil-prattika tagħhom. Dan kollu huwa siewi ħafna, b’mod speċjali meta jitqies fil-kuntest usa’ taż-żmien ladarba korp ta’ data aktar estensiv u lonġitudinali kapaċi jiżvela kambjamenti u żviluppi aktar sinifikanti.

Dan imbagħad jippermettilna nippożizzjonaw lilna nfusna fuq quddiem nett tas-setturi bħala entità proattiva, viżjonarja u empatika li qiegħda tmexxi bidla pożittiva u tidderieġi lis-setturi f’territorji ġodda.

Dan imbagħad jippermettilna nippożizzjonaw lilna nfusna fuq quddiem nett tas-setturi bħala entità proattiva, viżjonarja u empatika li qiegħda tmexxi bidla pożittiva u tidderieġi lis-setturi f’territorji ġodda. L-iżvilupp ta’ korp ta’ għarfien aktar robust, rappreżentattiv u profond jippermettilna mhux biss li nappoġġaw lis-settur fil-preżent iżda wkoll li nbassru u nqiegħdu s-sisien għall-iżviluppi tal-ġejjieni. Dan il-korp ta’ għarfien tagħna bbażat fuq l-evidenza se jkun infurmat minn bosta sorsi, inklużi d-dokumenti ta’ politika rilevanti, ir-riċerka akkademika lokali u internazzjonali, ir-riċerka oriġinali u d-data primarja tal-KMA

ir-rapporti statistiċi rilevanti u l-konverżazzjonijiet kontinwi tagħna ma’ partijiet interessati u korpi rappreżentattivi. Dan it-tip ta’ għarfien jippermetti li l-KMA u s-setturi kulturali u kreattivi jifhmu l-investiment uman, soċjali u ekonomiku meħtieġ f’oqsma ta’ prattika emerġenti.

Ir-riċerka hija kruċjali wkoll biex nistabbilixxu sħubiji ġodda u nesploraw triqat ġodda ta’ indaġni. Ġaladarba l-prattika kreattiva u l-impenn artistiku kulma jmur qegħdin isiru dejjem aktar interdixxiplinari – kemm fil-modi ta’ prattika kif ukoll fit-temi tagħhom – issa għalina sar vitali li noħolqu u nżommu relazzjonijiet b’saħħithom ma’ individwi, entitajiet u organizzazzjonijiet illi joperaw tul firxa ta’ oqsma nonartistiċi differenti. Ir-riċerka tista’ tappoġġa dan billi tnebbaħ oqsma ġodda ta’ esplorazzjoni, tidentifika oqsma ta’ kollaborazzjoni u interess reċiproku u tgħaqqad oqsma li qabel ma kinux relatati permezz tat-trasferiment tal-għarfien.

Aktar dwar Riċerka u Evalwazzjoni

Film & TV Funding Scheme
Sound Diplomacy
Our 2020 Research Actions
Perspectives on Cultural Participation in Malta
Cultural Participation Survey 2016
Culture Segments Malta Report
Audience Development
Social Impact
Professionalisation
Artistic Excellence

Funded Projects

External links of interest

  • Final Report on Cultural and Creative SpilloversFinal Report on Cultural and Creative Spillovers
  • Special Eurobarometer 399 - Cultural Access and Participation 2013Special Eurobarometer 399 - Cultural Access and Participation 2013
  • Compendiums of cultural policies and trends in Europe.Compendiums of cultural policies and trends in Europe.
Skip to content