L-intraprenditorija kreattiva

L-intraprenditorija kreattiva il-kunsill malti għall-arti jippromwovi l-kunċett tal-intraprenditorija kreattiva bħala impetu għal tkabbir sostenibbli u inklużiv fis-setturi kulturali u kreattivi. ninsabu konxji bis-sħiħ illi l-konnessjoni bejn l-intraprenditorija kreattiva u l-arti hija fenomenu kumpless, multidimensjonali u emerġenti għax tibqa’ tiżviluppa b’mod kontinwu. l-esperjenza u l-evidenza tagħna, speċjalment fid[1]dawl tal-impatti tal-pandemija, juru kif l-isfidi u l-opportunitajiet li joħorġu mill-intraprenditorija kreattiva huma fil-biċċa l-kbira ffurmati minn attitudnijiet lejn ir-riskju u l-innovazzjoni, kif ukoll id-diversità tal-mudelli tan-negozju li jistgħu jirrispondu għall-bidliet teknoloġiċi u soċjali, ir-relazzjonijiet mal-partijiet interessati u l-kundizzjonijiet kumplessivi tax-xogħol.

Is-setturi kulturali u kreattivi jippreżentaw xenarju ferm inċert ta’ parteċipanti bi sfondi u b’ambizzjonijiet differenti minn dawk tal-kuntesti ekonomiċi, soċjali u kulturali differenti tagħhom. Nirrikonoxxu li l-prattikanti artistiċi, kulturali u kreattivi għandhom ambizzjonijiet li jvarjaw, minn impenji professjonali fis-setturi fuq bażi full-time sas-sostenn tal-prattika tagħhom b’introjtu primarju minn mestier ieħor. Għaldaqstant, permezz tal-investiment, tal-promozzjoni, tal-komunikazzjoni u tal-bini ta’ kapaċità, il-ħidma tagħna ser tiffoka fuq it-trawwim tal-intraprenditorija kreattiva bħala mentalità li twassal għal approċċ iktar sostenibbli u inklużiv. Ser inkunu konxji minn dawn ir-realtajiet fl-appoġġ li nagħtu lill-firxa tal-impenji tagħna mas-setturi kif ukoll tad-definizzjonijiet suġġettivi ta’ suċċess tagħhom. Se nqisu d-distintività li tappartjeni lis-sottosetturi differenti fi ħdan l-ekoloġija kulturali u kreattiva tagħna kif ukoll il-firxa ta’ rwoli, l-input u l-istrutturi fi ħdan il-katina kreattiva ta’ valur. Sabiex nindirizzaw dan l-għan strateġiku, se norbtu ma’ oqsma strateġiċi oħrajn biex niżguraw li jappoġġaw u jagħtu lok għall-intraprenditorija kreattiva.

Biħsiebna nibqgħu kommessi li nelevaw l-istatus tal-artisti u tal-professjonisti billi nippromwovu r-rwol sinifikanti tal-arti u tal-kreattività fil-komunitajiet u billi nitkellmu favur il-libertà tal-espressjoni u l-inklużjoni, it-titjib fil kundizzjonijiet tax-xogħol u l-aċċess ekwu għall-opportunitajiet.

Biex din l-istrateġija tkun ta’ suċċess u komprensiva, se niżguraw li jkun hemm djalogu kostanti u miftuħ ma’ entitajiet oħra li huma direttament responsabbli għas-setturi kulturali u kreattivi ta’ Malta u jirrappreżentaw is-setturi u l-kundizzjonijiet differenti li jsawru x-xogħol ta’ prattikanti u organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi. Fost dawn insibu l-Kummissjoni Maltija tal-Films u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Aħna se naħdmu mill-qrib ma’ dawn l-entitajiet sabiex jitħaffu l-isforzi għall-ġid tas-setturi.

Aktar dwar Intraprenditorija kreattiva

2020: Business Development Strategy
Creative Industries Platform
European Cooperation: OMC Entrepreneurship
150% Tax Deduction on Donations to Culture
Setting up your business – Roadmap
Business Planning
Malta Enterprise Incentives for the Creative Sector
Malta Digital Games Fund

Riżorsi għall-Intraprenditorija Kreattiva

Helpful toolkits and publications that are available for this strategic area

  • Crowdfunding the ArtsCrowdfunding the Arts
  • Freelancing in the Arts - Income Tax Survival GuideFreelancing in the Arts - Income Tax Survival Guide
  • Standard Artist ContractStandard Artist Contract

Funded Projects

External links of interest

  • Malta Enterprise: Support MeasuresMalta Enterprise: Support Measures
  • Business First: Point of Single Contact for BusinessesBusiness First: Point of Single Contact for Businesses
  • ZAAR: Crowdfunding PlatformZAAR: Crowdfunding Platform
  • Crowdfunding for Culture: Voice your view on crowdfundingCrowdfunding for Culture: Voice your view on crowdfunding
  • Article on the Malta Digital Games Fund published in Encore, August 2016Article on the Malta Digital Games Fund published in Encore, August 2016
Skip to content