Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

L-Iskema għall-Wirt Artistiku

Il-Kunsill Malti għall-Arti jirrikonoxxi li l-festa Maltija hija parti mit-tessut tal-bliet u l-irħula tagħna.

Invalid deadline format: April 1, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija April 1, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Minsuġa ma’ dawn il-festi nsibu numru ta’ organizzazzjonijiet volontarji li jieħdu ħsieb li jippreparaw armar artistiku sabiex iżejnu l-pjazez u t-toroq tal-ibliet u l-irħula f’Malta u Għawdex, jieħdu ħsieb iżewqu l-iljieli sajfin tagħna b’kuluri u ġigġifogu mill-isbaħ, jieħdu ħsieb it-tkattir tal-kultura mużikali kif ukoll il-ħarsien u t-tisħiħ tat-tradizzjonijiet kulturali f’pajjiżna. F’dawn l-organizzazzjonijiet volontarji jinsab nukleu ta’ nies li jaħdmu s-sena kollha b’mod volontarju biex jippreparaw attivitajiet marbuta mal-festa tar-raħal jew belt tagħhom.

Il-Kunsill jagħraf l-importanza li għandhom l-għaqdiet kulturali u għaqdiet soċjali Maltin li jaħdmu b’mod volontarju, fit-tkattir, ħarsien u tisħiħ tat-tradizzjonijiet kulturali f’pajjiżna. Dan kollu jsir primarjament fuq bażi volontarja u għalhekk, sabiex tissaħħaħ il-ħidma ta’ dawn l-għaqdiet, qed tiġi mnedija l-iskema għall-wirt artistiku. Din l-iskema hija amministrata mill-Kunsill Malti għall-Arti fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali.

L-organizzazzjonijiet volontarji għandhom ikunu attivi f’wieħed, jew aktar mill-oqsma li ġejjin:

• Fil-mużika strumentali għall-festa
• Fis-saħħa u s-sikurezza fil-kmamar tan-nar
• Fl-armar artistiku semi-permanenti

Il-proposti għandhom jikkwalifikaw bħala wieħed minn dawn li ġejjin:

Proposti għal mużika strumentali għall-festa

• Programmi ta’ tagħlim u taħriġ mużikali mmirati għal surmastrijiet, l-assistenti surmastrijiet u għalliema.
• Proposti ta’ investiment fi ħtiġijiet edukattivi fejn jidħol it-tagħlim ekstrakurrikulari
• Proġetti innovattivi li permezz tagħhom is-soċjetà jew għaqda tespandi l-attività mużikali tagħha kemm f’Malta kif ukoll barra minn Malta, liema attività trid tkun waħda sostenibbli.
• Proġetti sabiex is-soċjetà jew għaqda tinvesti fit-teknoloġija u l-komunikazzjoni biex ikolla strutturi (set-ups) aktar moderni għall-benefiċċju tal-membri tagħhom.
• Restawr tal-oġġetti/opri li għandhom, bħal pitturi, arkivji mużikali, planċieri, standardi, strumenti antiki u għamara antika, eċċ.
• Tisħiħ ta’ kollaborazzjoni bejn is-soċjetajiet tal-banda f’dak li għandu x’jaqsam mal-bandisti tagħhom.
• Tisħiħ ta’ sistemi amministrattivi interni relatati mas-soċjetà jew għaqda u l-bandisti tagħhom.
• Tisħiħ, tisbiħ u restawr tal-infrastruttura eżistenti li permezz tagħha jistgħu jagħmlu l-ambjenti tat-tagħlim u eżekuzzjoni mużikali aktar professjonali jew/u sabiex iwettqu l-ħidma tagħhom b’mod aktar aċċessibbli.
• Twettiq ta’ proġetti jew programmi soċjokulturali jew mużikoletterarji.

Proposti għas-saħħa u s-sikurezza fil-kmamar tan-nar

• Investiment f’apparat u f’armar biex in-nar ikun jista’ jinħaraq b’mod aktar sigur.
• Investiment f’makkinarji u f’għodod li jiffaċilitaw il-manifattura tan-nar u jżidu s-sigurtà tal-produzzjoni.
• Investiment f’riżorsi edukattivi dwar is-saħħa u s-sikurezza fil-manifattura tan-nar.
• Investiment fl-infrastruttura tal-kmamar tan-nar.
• Restawr tal-kmamar tan-nar.
• Tisħiħ ta’ kollaborazzjoni bejn il-kmamar tan-nar lokali u Ewropej.

Proposti għall-armar artistiku semi-permanenti

• Disinn u manifattura ta’ bandalori
• Disinn u manifattura ta’ festuni tad-dawl.
• Disinn u manifattura ta’ pavaljuni tad-drapp.
• Disinn u manifattura ta’ pavaljuni tad-dawl.
• Disinn u manifattura ta’ pedestalli artistiċi.
• Disinn u manifattura ta’ armar artistiku li jintrama fit-toroq waqt il-jiem tal-festa (dan jeskludi l-liedna).
• Investiment ta’ tagħlim u tħarriġ relatat ma’ disinn u manifattura ta’ armar artistiku.
• Proġetti u attivitajiet kulturali.
• Proġetti u attivitajiet soċjali.
• Restawr ta’ kull tip ta’ armar artistiku li jintrama fit-toroq waqt il-jiem tal-festa (dan jeskludi l-liedna)
• Statwi li jintramaw fit-toroq.

L-applikanti għandhom jikkwalifikaw bħala:

• Każin tal-Banda jew soċjetà mużikali tal-Festa
• Fabbrika tal-logħob tan-nar
• Organizzazzjonijiet tat-tiżjin tal-festa

Click hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skip to content