Titolu tal-Arti, Isem tal-Artist, SSSS

Skema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali

Invalid deadline format: June 10, 2025 12:00 pm

Skadenza

L-iskadenza biex tapplika hija June 10, 2025 fi

12:00 pm.

Applikazzjonijiet tardivi mhux se jiġu aċċettati

Din l-Iskema ta’ Skambji Kulturali Internazzjonali tifforma parti mill-Istrateġija għall-Internazzjonalizzazzjoni tal-Kunsill Malti għall-Arti għas-setturi kulturali u kreattivi. Tittratta l-iskambji kulturali internazzjonali, b’attenzjoni speċifika fuq il-mobbiltà barra l-pajjiż tal-artisti Maltin u ta’ dawk ibbażati f’Malta li għandhom aktar minn 18-il sena kif ukoll fuq ix-xogħlijiet artistiċi u l-produzzjonijiet kulturali tagħhom.

L-objettiv ta’ din l-iskema huwa li tassisti lill-artisti bbażati f’Malta biex:

– Iżidu l-aċċessibbiltà u l-viżibbiltà internazzjonali, jagħmlu tours bil-produzzjonijiet tagħhom, jibnu networks u jesperjenzaw ix-xogħol ta’ artisti mid-dinja kollha fil-kuntest kulturali tiegħu
– Jinkuraġġixxu kollaborazzjonijiet u skambji internazzjonali, bil-għan li joħolqu konnessjonijiet mal-bqija tad-dinja biex jiffaċilita fehim aħjar ta’ persuni oħrajn u biex tinkiseb il-fiduċja tagħhom permezz tal-kultura
– Jippromwovu d-diversità kulturali u jsaħħu r-relazzjonijiet kulturali mad-dinja kollha.
– Juru eċċellenza kreattiva lil programmaturi kulturali internazzjonali, entitajiet li jtellgħu festivals, operaturi u udjenzi ġenerali, u jsostnu u jiżviluppaw ix-xogħol professjonali tagħhom.

Din l-iskema tappoġġa:
• Marketing, kemm dak diġitali kif ukoll reklami stampati, pereżempju f’rivisti internazzjonali tal-arti/letteratura/films, stazzjonijiet ferrovjarji, subways, karozzi u vendi tal-linja, vapuri, parks, siti elettroniċi, pjattaformi tal-midja soċjali, programmi televiżivi, eċċ. Dan huwa speċifikament maħsub għal kollaborazzjonijiet/proġetti barra minn Malta
• Parteċipazzjoni f’festivals, esibizzjonijiet, wirjiet, films, residenzi ta’ artisti u fieri internazzjonali
• Produzzjoni ta’ materjal awdjoviżiv ta’ xogħlijiet artistiċi u produzzjonijiet kulturali diġà mitmuma li mbagħad jiġu ppreżentati lil programmaturi, produtturi u kollaboraturi internazzjonali barra l-pajjiż. Din tista’ tinkludi, pereżempju, l-iffilmjar ta’ produzzjoni teatrali jew ta’ żfin, l-iffilmjar ta’ installazzjonijiet artistiċi, qari ta’ poeżiji, esibizzjonijiet, sfilati tal-moda, eċċ
• Produzzjoni ta’ siti web u demos għal finijiet ta’ promozzjoni internazzjonali.

F’konformità mal-impenn tiegħu li jappoġġja l-arti permezz tal-approċċ sostenibbli u responsabbli tiegħu għall-investiment pubbliku :

L-applikanti huma mħeġġa jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji spjegat fid-Dritt għall-Kultura- Pakkett ta’ Riżorsimeta jizviluppaw il-proposta tagħhom b’rabta ma’ kif jimpenjaw ruħhom mal-komunitajiet u l-konsiderazzjonijiet tad-drittijiet kulturali ta’ kulħadd fix-xogħol tagħhom. Dan il-pakkett ta’ riżorsi għandu l-għan li jżid l-għarfien dwar l-inklussività u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-drittijiet kulturali fil-prattika tagħna ta’ kuljum. developing their proposal in relation to how they engage with communities and the considerations of everyone’s cultural rights in their work. This resource pack is aimed at increasing awareness regarding inclusivity and supporting the implementation of cultural rights in our day-to-day practice.

L-applikanti huma wkoll mistennija li jikkunsidraw, kif xieraq, il-prinċipji ewlenin deskritti fil-qosor fil-Karta għall-Istatus tal-Artist rter for the Status of the Artist meta jipproponu l-attivitajiet operattivi u ta’ programmazzjoni tagħhom biex jiżguraw kundizzjonijiet tax-xogħol aċċettabbli u ġusti għall-artisti. Dawn jinkludu d-dritt għal-libertà artistika, l-aċċessibbiltà mtejba, ir-rikonoxximent ta’ ħiliet formali/informali/non-formali, kundizzjonijiet soċjo-ekonomiċi deċenti, non-diskriminazzjoni u ekwità, konsiderazzjonijiet etiċi u aderenza mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-liġi internazzjonali tax-xogħol. Il-Karta għall-Istatus tal-Artist hija maħsuba biex tipprovdi qafas dinamiku ta’ referenza għal kwalunkwe leġiżlazzjoni, politika, jew inizjattiva li jkollha impatt dirett jew indirett fuq l-artisti u s-setturi kulturali u kreattivi, u tiżgura li kwalunkwe azzjoni tkun allinjata mal-viżjoni aħħarija fit-tul li tgħolli l-istatus tal-artisti f’Malta f’konformità mal-valur tanġibbli tagħhom għas-soċjetà.

L-iskema għandha żewġ għażliet – għażla ta’ għajnuna mill-Istat (State aid) u għażla mingħajr għajnuna mill-Istat (non-State aid). L-għażla ta’ għajnuna mill-Istat hija disponibbli għal impriżi li jwettqu attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, li għalihom l-għajnuna tingħata skont ir-Regolament de minimis. L-għażla mingħajr għajnuna mill-Istat hija disponibbli għal dawk l-applikanti li ma jwettqux attività ekonomika fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE, kif ukoll għal proġetti proposti li ma jinvolvux attività ekonomika bħal din. Għal aktar informazzjoni rreferi għat-Taqsima 9 ta’ dawn il-linji gwida.

L-applikanti jistgħu jkunu:
• Entitajiet irreġistrati mar-Reġistru dwar in-Negozju ta’ Malta (inklużi kumpaniji, sħubiji, fondazzjonijiet u organizzazzjonijiet/assoċjazzjonijiet)
• Gruppi, Kollettivi u Konsorzji
• Kooperattivi Reġistrati
• Organizzazzjonijiet Volontarji iskritti mal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.
• Professjonisti kreattivi/artisti individwali

Agħfas hawn biex tniżżel il-linji gwida u agħfas hawn biex tniżżel il-mudell tal-applikazzjoni.

Skip to content